MediaToday

Aħbarijiet | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63

Bl-isbaħ xewqat… lil tad-distrett

Jesmond Mugliett nefaq kważi Lm6,000 għal tiżjin tal-Milied fi tliet toroq fejn jikkontesta hu

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Ministeru ta’ Jesmond Mugliett nefaq xejn anqas minn Lm5,700 biex għall-festi tal-Milied żejjen numru ta’ toroq b’dawl dekorattiv. Il-maġġoranza ta’ dawn it-toroq huma fid-distrett elettorali tal-Ministru.
Teknikament it-tiżjin
tal-Milied kien qed isir mill-ELC, l-Environmental Landscapes Consortium. Madankollu għal xi raġuni l-Ministru għażel numru ta’ toroq ‘viċin tiegħu’ u ‘ħa ħsiebhom’ hu.
Il-Ministru Jesmond Mugliett joħroġ fuq ir-Raba’ Distrett Elettorali li jinkludi fih Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, Ħal Għaxaq u parti mill-Marsa.
It-toroq li għażel li ‘jiffinanzja’ Mugliett huma dik ta’ ħdejn ir-roundabout ta’ Għajn Dwieli, it-triq li minn Triq l-Avjazzjoni Ċivili ħdejn l-ajruport twassal
sal-ħanut Mambra f’Ħal Luqa kif ukoll Triq l-Imdina,
Ħaż-Żebbuġ. Din ta’ l-aħħar kienet iffinanzjata
mill-protokoll Taljan u politikament hi assoċjata mal-ħidma tal-Ministru Mugliett.
Iżda wara dawn id-dwal hemm fattur ieħor interessanti. Meta twaħħal dan it-tiżjin, fl-istess roundabouts twaħħlu wkoll billboards kbar jgħidu “Bl-isbaħ xewqat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq”. Iżda
fir-realtà l-fondi mhux se jkun qed joħroġhom
il-Ministeru ta’ Mugliett.
Mistoqsi minn Illum minn liema vot se jitħallas dan it-tiżjin Jesmond Mugliett wieġeb li “dawn se jitħallsu mill-fondi ta’ l-ADT, l-Awtorità għat-Trasport.”
Mugliett ammetta li normalment it-tiżjin tat-toroq jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-ELC imma skond hu “mhux l-ewwel darba li l-ADT ħadet ħsieb tagħmel xi tiżjin u dwal dekorattivi tal-Milied.”
Mhux magħruf għal-liema raġuni l-Ministru għażel li fuq il-billboard jieħu l-mertu hu għal dan ix-xogħol. Jekk wieħed kellu joqgħod fuq l-argument li t-tiżjin se jitħallas mill-ADT allura wieħed kien jistenna li fuq il-kartelluni jkun indikat li x-xewqat qed jitwasslu mill-Awtorità wkoll.

Intervista
Fuq Alfred Sant, l-ewro u l-patrunaġġ politiku

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef


Editorijal

L-iżball ta' l-NECC


Il Punt
Iċċensurawni please!
John Zammit

TONI U PEPPI
Fejn tibda u tieqaf il-ħajja pubblika tal-politiku?


Emmanuel Micallef
Il-buffet elettorali


Carmelo Mifsud Bonnici

“The Audacity of Hope”



X'kien Jgħid
L-alternanza



Wenzu Mintoff

F'ġieh Sant'Iermu


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075