MediaToday

Aħbarijiet | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63

Alfred Sant mid-dar fil-kontroll tal-partit

Kurt Sansone

Minkejja li l-mexxej Laburista jinsab rikoverat id-dar xorta għadu involut fix-xogħol politiku ta’ kuljum tal-Partit skond is-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef.
F’intervista li qed tidher illum, Micallef jikkonferma għall-ewwel darba li Sant kellu tumur iżda ma jgħidx jekk il-mexxej Laburista hux se jkollu bżonn interventi mediċi oħra u jekk it-tumur kienx wieħed li jinfirex jew le.
Micallef itenni li l-aħbar li tahom Sant dwar l-intervent li kellu jsirlu ħolqot sitwazzjoni mhux faċli “la għall-persuna, la għall-qraba u lanqas
għall-partit.”
Dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni fuq il-kundizzjoni medika tal-mexxej, Micallef jgħid li l-ewwel konferenza stampa ngħatat madwar 40 minuta wara li saret l-operazzjoni u anki jekk
il-kirurgu kien jaf ċerti dettalji xorta ried jistenna r-riżultati ta’ testijiet oħra li wħud minnhom kellhom isiru barra minn Malta.

“Nifhem li Sant hu persuna pubblika u prime minister in waiting imma xorta jibqa’ pazjent u dak li t-tobba jsejħulha l-histology (l-istudju taċ-ċelloli permezz tal-mikroskopju biex isir magħruf jekk f’każ ta’ tumur dan hux wieħed li jinfirex jew le) tibqa’ sagra. Trid taqta’ linja fejn għandha tieqaf il-ħajja pubblika u tibda dik privata. Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandu wkoll eks mara, tifla u omm u dehrli li bħala partit għandu jkollna rispett lejhom.”
Micallef jgħid li l-aħħar testijiet mediċi waslu din il-ġimgħa u r-riżultati huma “sodisfaċenti ħafna” u “m’għandnix għalfejn ninkwetaw.”
Filwaqt li jtenni li Sant se jkun qed imexxi l-partit tul il-kampanja elettorali, Micallef isostni li l-ewwel indirizz pubbliku ta’ Sant se jkun fil-Konferenza Ġenerali Annwali li se ssir fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

 

Intervista
Fuq Alfred Sant, l-ewro u l-patrunaġġ politiku

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef


Editorijal

L-iżball ta' l-NECC


Il Punt
Iċċensurawni please!
John Zammit

TONI U PEPPI
Fejn tibda u tieqaf il-ħajja pubblika tal-politiku?


Emmanuel Micallef
Il-buffet elettorali


Carmelo Mifsud Bonnici

“The Audacity of Hope”



X'kien Jgħid
L-alternanza



Wenzu Mintoff

F'ġieh Sant'Iermu


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075