MediaToday

Aħbarijiet | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63

Trid tara t-tifel li ħadulha 34 sena ilu

L-Isqof t’Għawdex qed jinvestiga l-każ

Julia Farrugia

Maria Scerri, Għawdxija ta’ 50 sena li ilha għal aktar minn 30 sena tfittex lit-tifel tagħha, titkellem pubblikament dwar dan il-każ u ssostni li xi ħadd ħadilha lit-tarbija ftit minuti biss wara li wellditha. Fi storja ikkumplikata u b’ħafna trufijiet jirriżulta li t-tarbija kienet ingħatat għall-adozzjoni u sa llum ħadd ma jaf x’sar minnha.
F’appell imqanqal l-omm tispjega li nqabdet tqila meta kellha biss 16-il sena. Tgħid li m’għandhiex ħjiel ta’ meta preċiżament welldet lit-tarbija. Dan il-fattur għamilha aktar diffiċli biex wieħed jintraċċa lit-tifel.
Kemm hi kif ukoll ommha Ġanna, li llum għandha 75 sena, jiftakru li qassis Għawdxi, Dun Manwel Curmi, kien intervjena f’dan il-każ.
Biex in-nies ma ssekksikx fuq dak li għal ħafna kien dnub għas-soċjetà l-qassis kien ħeġġeġ lill-familja biex sakemm twelled it-tifla tkun trasferita Malta fid-Dar tas-Sorijiet tal-Buon Pastur.
“Malli wellidt tawni t-tarbija f’idi għal żewġ minuti biss u wara ħaduhieli,” issostni Maria ma’ din il-gazzetta.
L-omm tgħid li qabel welldet il-qassis kien taha envelopp b’Lm 4 (€9.32).
“Kien qalli: ‘dawn agħtihom lil ommok’,” tisħaq Scerri.
Il-mara tgħid li wara kienet intalbet tiffirma karta. Sa llum hi ma tafx x’iffirmat għax la taf taqra u lanqas tikteb.
L-omm, li ftit wara li welldet marret tgħix l-Ingilterra, għadha tfittex lil binha u kull sena tinżel Għawdex bit-tama li ssib xi tagħrif dwaru. Madankollu Scerri kuldarba qed issib bieb magħluq mill-Awtoritajiet f’Malta u wkoll f’Għawdex.
Illum tiżvela li fl-aħħar jiem l-Isqof t’Għawdex Mario Grech intalab mill-avukat tal-familja Anton Refalo biex jintervjeni f’dan il-każ bit-tama li jkun intraċċat it-tifel ta’ din il-mara.
F’kummenti lil din il-gazzetta Dun Eddie Attard, l-Assistent Personali ta’ l-Isqof Mario Grech, sostna li “l-Isqof u n-nies tiegħu se jibqgħu jfittxu biex jaraw li jkun imħares id-dritt ta’ din il-mara u t-tarbija li jaraw lil xulxin.”
Fi żvolta ġdida, ftit sigħat qabel ma dħalna għall-istampar, din il-gazzetta, rnexxielha titkellem ma’ Dun Manwel Curmi, il-qassis involut f’din l-adozzjoni li jagħti dettalji ġodda li sa llum din l-omm qatt ma kienet taf bihom.

Nixtieq ngħidlu “jien ommok”

Intervista
Fuq Alfred Sant, l-ewro u l-patrunaġġ politiku

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef


Editorijal

L-iżball ta' l-NECC


Il Punt
Iċċensurawni please!
John Zammit

TONI U PEPPI
Fejn tibda u tieqaf il-ħajja pubblika tal-politiku?


Emmanuel Micallef
Il-buffet elettorali


Carmelo Mifsud Bonnici

“The Audacity of Hope”



X'kien Jgħid
L-alternanza



Wenzu Mintoff

F'ġieh Sant'Iermu


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075