MediaToday

Ittri | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63

Nuqqas ta’ saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol hu reat

Minn David Pisani,
Żminijietna – Leħen ix-Xellug,
Valletta

Hu ta’ dispjaċir li nibqgħu nisimgħu bi stejjer ta’ ħaddiema li jweġġgħu jew imutu fuq il-post tax-xogħol. Riċenti kellna l-aħbar ta’ mewt ta’ ħaddiem u ieħor li korra flimkien ma’ sħabu fuq il-post tax-xogħol.
Wasal iż-żmien f’Malta li jiddaħlu miżuri qawwijin biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. F’bosta postijiet tax-xogħol hemm nuqqas ta’ miżuri għas-saħħa u s-sigurtà. Inutli jkun hemm liġijiet mingħajr infurzar serju. Fil-preżent jeżistu biss 10 uffiċjali ta’ l-infurzar li jridu jlaħħqu ma’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol. Biżżejjed wieħed iħares lejn ħafna siti ta’ kostruzzjoni biex jara n-nuqqas ta’ infurzar għad-detriment ta’ ħaddiema u residenti.
Żminijietna - Leħen ix-Xellug hi tal-fehma li l-miżuri ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol jiswew il-flus u din hi raġuni ewlenija għalfejn bosta sidien u kuntratturi tal-bini mhux qed idaħħlu dawn il-miżuri. Iżda sadanittant, ħaddiema qed jitilfu ħajjithom jew ibatu minn ġrieħi. Dan hu eżempju ċar ta’ reat ta’ sidien li mhux qed jiġi trattat mill-Istat.
Fattur ieħor li jeħtieġ li jiġi indirizzat hu l-fatt li bosta sidien, inkluż dawk li jagħtu servizz lill-Istat, ma jħallux lill-ħaddiema tagħhom jissieħbu f’unions tal-ħaddiema li qed jirriżulta wkoll f’nuqqas ta’ miżuri ta’ saħħa u sigurtà minħabba li l-vuċi tal-ħaddiema qed tinħonoq.
L-istess jista’ jingħad għal sidien fl-ekonomija s-sewda li joffru kundizzjonijiet mill-agħar għall-ħaddiema li m’għandhomx għażla ħlief li jaċċettaw, bħar-refuġjati.
Ħaġ’oħra tal-mistħija hi li tenders tal-Gvern ma’ jinkludux kundizzjonijiet sura ta’ nies dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dawn huma ftit mill-punti li Żminijietna tħeġġeġ biex jiġu diskussi fis-seminar nazzjonali li se jittella’ fl-aħħar tax-xahar mill-GWU dwar is-saħħa u s-sigurtà.
Żminijietna tappella wkoll lill-unions biex jingħaqdu u jieħdu pożizzjoni iebsa fuq din il-kwistjoni.

Intervista
Fuq Alfred Sant, l-ewro u l-patrunaġġ politiku

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef


Editorijal

L-iżball ta' l-NECC


Il Punt
Iċċensurawni please!
John Zammit

TONI U PEPPI
Fejn tibda u tieqaf il-ħajja pubblika tal-politiku?


Emmanuel Micallef
Il-buffet elettorali


Carmelo Mifsud Bonnici

“The Audacity of Hope”



X'kien Jgħid
L-alternanza



Wenzu Mintoff

F'ġieh Sant'Iermu


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075