MediaToday

Ittri | 13 ta’ Jannar 2008 Nr 63

SMS tal-Mepa mhux aġġornat

Minn Kevin Tanti,
Santa Venera

Dan iż-żmien kulħadd juża’ t-teknoloġija biex jinforma lill-klijenti tiegħu dwar is-servizzi li joffri. Il-MEPA mhux l-inqas. Il-MEPA tuża’ s-servizz ta’ l-internet jew ta’ l-SMS biex tinforma lill-applikant fejn tkun waslet l-applikazzjoni tiegħu.
Il-problema hi li mhux dejjem tkun aġġornata. Illum 6 ta’ Jannar, bgħatt SMS biex inkun naf fiex waslet l-applikazzjoni li kienet differita fil-15 ta’ Ottubru 2007. Ħaġa ta’ l-iskantament ir-risposta kienet li se tingħata deċiżjoni fil-15 ta’ Ottubru 2007.
Fuq l-internet għamilna pass żgħir ’il quddiem għax hemm miktub li l-applikazzjoni ġiet differita u hemm ir-raġuni. Fil-lista tal-korrispondenza hemm li l-perit bagħat pjanti ġodda fit-30 ta’ Novembru.
Allura possibbli li tal-Mepa m’għandhomx ħin biex jaġġornaw is-sistema ta’ l-SMS? Possibbli m’hemmx ċans li tingħata d-data ta’ meta se jinstema’ l-każ tiegħi?
Dan il-każ kollu hu dwar jekk nistax nibdel il-gallarija jew le. Risposta li għandha tkun ċara, iva jew le. L-applikazzjoni tmur lura għal Awissu 2007.

Intervista
Fuq Alfred Sant, l-ewro u l-patrunaġġ politiku

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef


Editorijal

L-iżball ta' l-NECC


Il Punt
Iċċensurawni please!
John Zammit

TONI U PEPPI
Fejn tibda u tieqaf il-ħajja pubblika tal-politiku?


Emmanuel Micallef
Il-buffet elettorali


Carmelo Mifsud Bonnici

“The Audacity of Hope”



X'kien Jgħid
L-alternanza



Wenzu Mintoff

F'ġieh Sant'Iermu


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075