MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62

Il-prezz biex tgħix

Aktar milli nħarsu biss lejn l-għoli tal-ħajja nippreferu nħarsu lejn il-prezz biex wieħed jgħix ħajja diċenti. Filwaqt li fit-tieni kwart ta’ l-2008 meta jiskadu l-arranġamenti tal-Gvern man-negozjanti għal prezzijiet fissi fuq numru ta’ prodotti nistennew qabża ’l fuq fl-għoli tal-ħajja, iktar minn hekk se jkun il-baskett sħiħ tal-familja, li jinkludi wkoll id-dħul mill-paga, li se jiddetermina l-prezz tal-għajxien.
Il-pagi tagħna għadhom baxxi ħafna meta mqabbla ma’ dawk fuq il-kontinent u għalhekk l-għafsa ta’ prezzijiet dejjem telgħin inħasset b’mod qawwi f’dawn l-aħħar snin għax wasslet għal tnaqqir qawwi fil-kwalità tal-ħajja.
Minkejja t-tkabbir ekonomiku li kellna fl-2007, l-effett għadu ma nħassx fis-saffi kollha tas-soċjetà. Hemm nies f’ċerti setturi bħall-farmaċewtika li qed jaqilgħu pagi tajbin ħafna imma hemm setturi ta’ ħaddiema u kategoriji speċjali bħall-ommijiet weħidhom fejn l-uniku mod kif ikollhom għajxien diċenti hu permezz ta’ xogħlijiet sekondarji biex ikabbru d-dħul baxx tagħhom.
Il-baġit ipprova jindirizza din ir-realtà biċ-ċaqlieq fit-taxxa fuq id-dħul u ż-żieda fiċ-Children’s Allowance li issa se tingħata lil kull wild.
Id-dħul żejjed li se jaraw f’idejhom il-familji fl-2008 mhux se jkun biżżejjed biex ipatti għat-tnaqqir fi snin imgħoddija imma jista’ jkun pass biex jagħti ftit tan-nifs. It-tama hi li l-ekonomija tibqa’ tikber ħalli l-Gvern ikun jista’ jkompli jħaffef il-piż tat-taxxi jew idaħħal benefiċċji soċjali ġodda.
Ma jidhirx li hemm xi ċans li l-pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ l-ikel se ċċedi fl-2008. Is-suq internazjonali tal-qmuħ u ċ-ċereali s’issa jidher li se jżomm il-kolp u qajla hemm ċans li ż-żidiet li rajna fl-għaġin, fl-irkotta, fil-ħalib, fil-ġobon u ikel ieħor ta’ kuljum fl-2007 se jitreġġgħu lura.
Nemmnu li l-ewro se tkun indrat malajr mill-konsumatur iżda din ukoll tista’ twassal għal żidiet żgħar fin-nefqa tal-konsumaturi fuq firxa ta’ prodotti u servizzi li se jpoġġu għafsa fuq il-but tal-familji. Dawn iż-żidiet mhux bilfors se jkunu frott l-abbuż. Ir-raġuni hi waħda ta’ prattiċità. Min kien jikkalkula li għandu Lm40 (€93.17) petrol fix-xahar issa se jkollu jiġbed għad-dritt u jwarrab €95. Il-pompi tal-petrol ma żidux il-prezzijiet imma l-valur ta’ l-ewro u l-karti tal-flus li se jkollna f’idejna ma jippermettux lill-individwu jżomm l-istess valur tal-Lira Maltija fil-baġit tal-familja.
Minkejja l-ftit tan-nifs li ngħataw bil-miżuri tal-baġit il-familji xorta se jħossu l-pressjoni ta’ ħajja iktar għolja.

Probabbli xi jseħħ: Il-prezz biex tgħix f’Malta fl-2008 se jkompli jitla’ anki jekk mhux bilfors bl-istess ritmu mgħaġġel tas-snin li għaddew.

Intervista
Imħabba akkost ta' kollox

Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien


Editorijal

Tbeżbiża għall-unions


Il Punt
Memorandum tal-Knisja lill-partiti politiċi dwar il-familja Żwieġ b'Saħħtu

TONI U PEPPI
X'riżoluzzjonijiet għamilt?


Emmanuel Micallef
Niġru qabel nimxu


Carmelo Mifsud Bonnici

Azadi Street



X'kien Jgħid
Kull deni ħudu b'ġid



Wenzu Mintoff

Gaff Madornali


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075