Aħbarijiet | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62
Kurt Sansone
ksansone@mediatoday.com.mt
Il-ġustizzja fil-qtil ta’ Karin Grech għadha ma saritx 30 sena wara li seħħ il-każ. U bil-kontra ta’ x’ġara f’każijiet oħra fejn persuni sofrew minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom lejn l-Istat, il-familjari ta’ Karin għadhom jistennew li jingħataw kumpens.
Nhar il-Ġimgħa l-Professur Edwin Grech, il-mara tiegħu u ħu Karin ippreżentaw rikors fil-Qorti kontra l-Prim Ministru u fih qed jallegaw li saret diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.
Fir-rikors il-familja Grech qed issostni li l-qtil ta’ Karin kien marbut mal-kwistjoni mediko-politika tas-Sebgħinijiet, partikolarment mas-servizz pubbliku li kien ta missierha lill-Gvern ta’ Malta.
Kien f’Awissu ta’ l-1977 li l-Gvern ta’ Malta talab lill-Prof. Grech, li dak iż-żmien kien jaħdem l-Ingilterra, biex jinżel Malta u jmexxi d-Dipartiment tal-Ginekoloġija fl-Isptar San Luqa.
Grech kien aċċetta t-talba bil-kundizzjoni li jibqa’ jżomm il-kariga offruta lilu sakemm tintemm il-kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika.
Kien f’Diċembru ta’ dik l-istess sena li Karin Grech inqatlet meta fetħet ittra bomba indirizzata lill-missierha.
Il-familja Grech qed issostni li l-fatti kif żviluppaw dak iż-żmien ma jħallu l-ebda dubju li l-qtil ta’ Karin kien marbut mal-ħidma ta’ missierha fl-isptar pubbliku. Għalhekk fir-rikors il-familja Grech qed titlob lill-qorti tiddikjara li r-rifjut tal-Gvern li jagħti l-istess trattament ta’ kumpens lil dan il-każ, bħalma sar f’każijiet oħra, jammonta għal diskriminazzjoni.
Il-familja qed titlob ukoll lill-qorti biex tordna l-kumpens xieraq li għandhom jieħdu l-familjarji mill-Gvern.
Ir-rikors kien iffirmat mill-avukati Emmanuel Mallia u Alex Perici Calascione. |
|
Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien
Editorijal
Il Punt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|