MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62

L-ispiżjar irid jilbes ġaggaga bajda u tabella b’ismu

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Suppost b’effett immedjat kull spiżjar f’Malta u f’Għawdex irid jilbes ġaggaga bajda u tag għal ta’ l-apposta biex ikun identifikat mill-kumplament tal-pubbliku. Dan bħala parti mill-ftehim tal-Gvern, L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Iżda minn eżerċizzju li għamlet din il-gazzetta sabet li minn sitt spiżeriji f’irħula differenti li żorna għal għarrieda, waħda biss kienet konformi mal-liġi.
Oriġinarjament il-miżura tal-ġaggaga u t-tag kienet imbuttata madwar sentejn ilu.
Kien il-Kunsill Farmaċewtiku li ħa l-inizjattiva iżda jidher li din il-miżura ma tantx kienet kisbet suċċess.
Issa b’effett minn Ottubru li għadda din id-deċiżjoni ħadet saħħa ta’ liġi u suppost qed tiġi osservata mill-ispiżjara kollha.
Mary Ann Sant Fournier, President tal-Kamra ta’ l-Ispiżjara f’Malta, sostniet li “din ir-regola daħlet fis-seħħ f’Ottubru wara l-ftehim li l-Gvern għamel mal-Kamra u mal-GRTU dwar L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek kif ukoll fir-regoli dwar il-farmaċija f’Lulju li għadda.”
Sant Fournier qalet li minn żmien għal żmien il-Kamra ta’ l-Ispiżjara tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku u tal-ispiżjara fil-komunità dwar l-importanza li l-ispiżjar jilbes mhux biss il-ġaggaga l-bajda imma wkoll it-tabella li turi x’jismu.
“Dan isir biex kulħadd ikun konformi mal-Liġi u għall-ħarsien tal-pubbliku minn kull abbuż,” saħqet il-President tal-Kamra ta’ l-Ispiżjara.
F’Malta hawn ’il fuq minn 800 spiżjar. B’kollox f’Malta u f’Għawdex hawn 209 spiżeriji.
Skond il-Kamra ta’ l-Ispiżjara suppost isiru spezzjonijiet regolari fl-ispiżeriji fl-irħula u bliet Maltin.
“Safejn nafu aħna l-Awtorità għall-Mediċini tagħmel spezzjonijiet regolari fl-ispiżeriji tal-komunità. L-ispjezzjonijiet isiru dwar aspetti differenti, kemm legali li jirrigwardjaw l-ispiżeriji kif ukoll aspetti li jikkonċernaw l-ispiżjara u l-mediċini,” kompliet Mary Ann Sant Fournier.
Ġimgħat ilu din il-gazzetta bagħtet mistoqsijiet lill-Awtorità għall-Mediċini biex fost l-oħrajn naraw kemm saru spezzjonijiet u kemm spiżeriji nstabu li mhux konformi mal-Liġi. Sa llum iżda l-mistoqsijiet tagħna baqgħu ma tweġbux.

Intervista
Imħabba akkost ta' kollox

Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien


Editorijal

Tbeżbiża għall-unions


Il Punt
Memorandum tal-Knisja lill-partiti politiċi dwar il-familja Żwieġ b'Saħħtu

TONI U PEPPI
X'riżoluzzjonijiet għamilt?


Emmanuel Micallef
Niġru qabel nimxu


Carmelo Mifsud Bonnici

Azadi Street



X'kien Jgħid
Kull deni ħudu b'ġid



Wenzu Mintoff

Gaff Madornali


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075