Aħbarijiet | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Norman Lowell, il-fundatur u l-mexxej tal-Partit Imperium Europa, ikkonferma ma’ Illum li l-probabbiltà hi li l-partit tiegħu mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Madankollu l-mexxej tal-Partit Imperium Europa jħalli tieqa miftuħa u jgħid li ma jeskludix din id-deċiżjoni għal kollox. B’referenza għall-immigranti u b’diskors esaġerat, jgħid li jekk jaqilgħu xi rewwixta kbira u joqtlu lil numru ta’ suldati l-partit tiegħu jkollu jaħsibha mod ieħor.
Ir-raġuni li jagħti Lowell l-għala l-partit tiegħu ma jridx joħroġ għall-elezzjoni ġenerali hi li hu jemmen li l-partitarji ta’ dak il-partit li jitlef l-elezzjoni ġenerali minħabba l-voti li joħodlu l-Imperium Europa jżommu lura milli jivvutawlu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Konvint li l-elezzjoni ġenerali se ssir f’Lulju tas-sena d-dieħla, Lowell jgħid li l-Partit tiegħu “jaf u hu infurmat bid-data ta’ l-elezzjoni ġenerali.”
Imbagħad isostni l-argument tiegħu dwar l-elezzjoni u jiddeskrivi lill-PN u lill-MLP bħala “prostituti”, filwaqt li lil Josie Muscat, fundatur tal-Partit Azzjoni Nazzjonali, Lowell isejjaħlu bħala “it-tabib tar-raħal.”
“Jekk nidħlu għall-elezzjoni ġenerali xi ħadd se jitlef. Il-loser se jwaħħal fina għax noħdulhom l-unijiet u dawk id-49 fil-mija ma jivvutawlniex fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew,” jgħid Lowell.
Imbagħad b’referenza għall-partit ġdid l-Azzjoni Nazzjonali jgħid li se jħalli “f’idejn it-tabib tar-raħal biex jidħol hu għal din il-problema.”
Il-mexxej ta’ l-Imperium Europa jinsisti li elezzjoni ġenerali twasslek biss sa dak li hu sejjaħ “biċċa kunsill lokali tal-Parlament.”
Skond Lowell fil-Parlament Malti moħħhom fil-pont ta’ Manwel Dimech u dan imur kontra l-viżjoni tal-partit tiegħu.
“Aħna għandna viżjoni ferm akbar. Aħna nħarsu lejn pont akbar, pont li minn Vladivostok jiħdok l-Alaska,” kompla Lowell. |
|
Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien
Editorijal
Il Punt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|