Aħbarijiet | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62
Sabrina Agius titkixxef dwar il-prezzijiet ġodda li qed jintalbu mill-prostituti għas-servizzi tagħhom
Qatt ma kien hemm dubju li l-bidla mil-Lira Maltija għall-ewro se tolqot lil kulħadd... anki lill-prostituti.
Mort inkellem lil xi prostituti biex nara ftit iktar mill-qrib jekk dawn għollewx il-prezz mal-qalba tal-munita. Jirriżulta li s-servizz tagħhom se jkun jiswa’ ftit ċenteżmi iktar bl-ewro milli kien
bil-Lira Maltija.
Fejn qabel klijent kien iħallas Lm5, issa se jħallas €12 u għal dawk li jieħdu bl-Lm10 issa l-prezz se jkun ta’ €25.
Jekk wieħed ikollu jaħdem il-kambju bl-eżatt, Lm5 jiġu €11.65 u Lm10 jiġu €23.29. Dan ifisser li se jkun hemm żieda ta’ €0.35 u €1.71 rispettivament.
Klijent m’għandux jistenna li se jsib it-tabella Fair mal-bieb għax sa llum dan is-suq mhux wieħed legali. Lanqas m’għandu jistenna li se jirrapporta lill-NECC biex jinvestigaw iż-żieda fil-prezzijiet għax kontroll fuq il-ħlasijiet mitluba mill-prostituti żgur m’għandhomx.
Iżda l-klijenti m’għandhomx jistgħaġbu jekk waqt il-mument
tal-ħlas il-mara li tkun qdietu toħroġ xi tabella bir-rati tal-kambju.
Sakemm kont qed inkellem lil waħda minnhom, bilqiegħda fuq banketta, ġiet ħabiba tagħha b’karta f’idejha. Ma stajtx ma nħarisx. Fiha rajt ir-rati differenti bejn il-Liri Maltin u dawk bl-ewro. Forsi biex ma jieħdux żball meta jkunu qed jagħtu l-bqija, għedt bejni u bejn ruħi.
Staqsejt għalfejn ma ġibdux il-prezz dritt għal €15, żewġ karti ta’ flus dritti dritti. Mara minnhom qaltli: “B’dak il-prezz ma jħallsux. Għalhekk kellna nżommuha għal €12.”
Jidher li anki f’dan is-suq b’xi mod jaħdmu r-regoli tas-suq.
U għalfejn id-differenza fil-prezz?
Waqt li tipponta subgħajha lejn waħda ħafna iżgħar fl-età, forsi għandha 19-il sena jew ftit iktar, tgħidli: “Dik tista’ tieħu bl-Lm10 (€23.29) għax għadha żgħira. Jien ilni fis-suq allura jkolli nieħu inqas.”
Qabel ma nsellmilhom nistaqsihom jekk diġà kienx hemm klijenti li bdew iħallsu bl-ewro. Tikkonfermali li ċ-ċifri maħruġa mill-Eurostat din il-ġimgħa li juru kif iktar minn nofs il-Maltin qed jużaw l-ewro biss, ftit jiem wara l-bidla, huma minnhom. Anki l-klijenti tal-prostituti diġà ħallsu bl-ewro! |
|
Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien
Editorijal
Il Punt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|