MediaToday

Ittri | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62

Konferma tal-perikli fil-Pakistan

Minn David Pisani,
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Valletta

L-aħħar ġrajjiet li seħħew fil-Pakistan bil-qtil ta’ Benazir Bhutto jikkonfermaw il-perikli u n-nuqqas ta’ stabbiltà li teżisti fil-pajjiż li hi karatterizzata minn despotiżmu militari, anarkija u manuvrar imperjalista.
Kulħadd jaqbel li l-qtil ta’ Benazir Bhutto hu traġedja, anki dawk li ma’ jaqblux mal-politika tagħha. Bhutto kienet qed timxi fuq il-passi ta’ missierha lejn politika soċjalista u demokratika.
Il-qtil ta’ Bhutto jikkonferma l-perikli tal-fanatiżmu reliġjuż iżda jirrifletti wkoll il-fatt li ’l hekk imsejħa ‘gwerra kontra t-terrur’ tal-Gvern Amerikan u l-alleati tiegħu qed isservi biex ikun hemm iktar estremiżmu.
Żminijietna – Leħen ix-Xellug temmen li l-politika imperjalista’ ta’ dan it-tip għandha ħafna x’taħti għall-mewt ta’ Bhutto. Il-Pakistan għandu bżonn oppożizzjoni ta’ vera għall-partiti politiċi korrotti u għall-fanatiżmu reliġjuż. Din l-oppożizzjoni għandha tkun ħielsa mill-manuvrar imperjalista.

Intervista
Imħabba akkost ta' kollox

Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien


Editorijal

Tbeżbiża għall-unions


Il Punt
Memorandum tal-Knisja lill-partiti politiċi dwar il-familja Żwieġ b'Saħħtu

TONI U PEPPI
X'riżoluzzjonijiet għamilt?


Emmanuel Micallef
Niġru qabel nimxu


Carmelo Mifsud Bonnici

Azadi Street



X'kien Jgħid
Kull deni ħudu b'ġid



Wenzu Mintoff

Gaff Madornali


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075