Ittri | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62
Minn Edward Decelis
Segretarju Ġenerali
Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti,
Mosta
Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti (MKNA) jiddisassoċja ruħu u ma jaqbel assolutament xejn ma’ l-istqarrija maħruġa dan l-aħħar mill- Azzjoni Nazzjonali (AN) bi qbil mal-FKNK fir-rigward tad-delizzju tal-kaċċa u l-insib u dawk kollha li jiprattikawh.
Il-kontenut ta’ l-istqarrija hu wieħed assurd u ma jirriflettix il-loġika ta’ sens prattiku, ħlief li joħloq ħaqq estrem u negattiv fil-konfront tal-kaċċaturi u n-nassaba.
Għax li issa jiġu ta’ l-AN bi qbil mal-FKNK jimponu ta’ x’għandu jsir fir-rigward tar-regolamenti tad-delizzju tal-kaċċa u l-insib, jekk ikollhom rappreżentanza fil-Gvern, hu att redikolu u tat-tfal.
Il-kaċċaturi u n-nassaba argumenti mibnija fuq is-sod iridu mhux ikomplu jitilfu minn dak il-ftit li fadlilhom. Diskorsi fl-ajru lejlet elezzjoni ġenerali jixbah ħafna lid-diskors li ntqal ftit tas-snin ilu biex illum il-kaċċaturi esperjenzawh u ġarrbu l-oppost.
Dan il-ħolm immaġinarju hu simili għal dak il-famuż ftehim li kien sar snin ilu u li tiegħu bdejna naraw il-firmatarji jxejru l-karti, li finalment issarraf f’duħħan.
Il-ftehim dak iż-żmien kien sar bejn Lawrence Gonzi, illum Prim Ministru, u l-istess uffiċjali tal-FKNK biss.
L-AN għandha tkun taf li f’pajjiżna jeżistu aktar minn rappreżentanza waħda li tħaddan fiha numru ieħor ta’ kaċċaturi u nassaba.
Kull ftehim li jsir mal-partit jirrifletti biss il-ħsieb ta’ min jagħmlu u li għalih irid jerfa’ kull responsabbiltà l-firmatarju u mhux ħaddieħor. |
|
Sabrina Agius tintervista koppja gay li jgħixu flimkien
Editorijal
Il Punt
TONI U PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|