Il Punt | 06 ta’ Jannar 2008 Nr 62 Memorandum tal-Knisja lill-partiti politiċi dwar il-familja Żwieġ b’Saħħtu Kull riċerka li saret turi li żwieġ b’saħħtu huwa wieħed mill-valuri ewlenin għall-Maltin u l-Għawdxin. Jista’ jkun li minħabba f’hekk u għaliex jemmnu huma wkoll fil-valur tiegħu, il-partiti politiċi Maltin kollha jistqarru li jridu jagħtu prijorità lill-familja. Bosta riċerki f’bosta pajjiżi juru li maż-żwieġ hemm marbuta vantaġġi kbar fil-ħajja tar-raġel, tal-mara, ta’ l-ulied u tas-Soċjeta. L-istess riċerki juru li mat-tkissir taż-żwieġ, kif ukoll ma’ forom oħra ta’ relazzjonijiet, hemm marbuta ħafna effetti negattivi u fit-tul. Dawn l-effetti huma fl-oqsma emozzjonali, psikoloġiċi, soċjali u ekonomiċi. 1. Jitwaqqaf Kumitat Interministerjali biex titfassal u titwettaq strateġija ħolistika favur iż-żwieġ u l-familja. Hu meħtieġ li tkun rikonoxxuta uffiċjalment li familja tfisser ir-rabta dejjiema, ibbażata fuq iż-żwieġ, bejn raġel u mara għall-għaqda u l-imħabba ta’ xulxin u għat-tnissil u t-trobbija ta’ l-ulied. Irid ikollna mudell fuqiex tinbena l-familja biex isir sforz komuni veru. Imbagħad l-Istat jgħin lill-persuni li huma f’sitwazzjoni ta’ weġgħat li jiġu minn tifrik ta’ żwieġ, minn deċiżjoni ta’ koabitazzjoni, ta’ persuni l-aktar ommijiet li jrabbu ’l uliedhom weħidhom u oħrajn. 2. Din il-forma ta’ żwieġ stabbli tkun inkuraġġita u qatt bl-ebda mod ma tkun diskriminata. 3. Il-Kummissjoni Nazzjonali Familja tissaħħaħ b’aktar riżorsi umani u finanzjarji biex tipproponi u timmonitorja leġislazzjonijiet, deċiżjonijiet amministrattivi u fiskali, curricula edukattivi u programmi fuq il-media u tara li jkunu jiffavorixxu l-familja; kif ukoll li tqabbad li jsiru riċerki u tagħmel kuntatti lokalment u internazzjonalment li jgħinuha twettaq ir-responsabbilta tagħha. 4. Isiru korsijiet għat-tħejjija għaż-żwieġ ukoll għal dawk li se jidħlu għaż-żwieġ ċivili u/jew żwieġ ma’ persuni ta’ kulturi differenti minn tagħna. 5. Isiru korsijiet ta’ formazzjoni fuq l-aspetti importanti taż-żwieġ u l-ħajja konjugali għal persuni li huma miżżewġa (l-istess kif isiru fuq parental skills). 6. Fil-livelli kollha edukattivi (primarja, sekondarja u terzjarja) isir programm ta’ studji fuq iż-żwieġ u l-familja (marriage and family studies) u r-relazzjoni tal-familja u l-ulied maż-żwieġ. 7. Jissaħħu u jitwessgħu l-miżuri għal kundizzjonijiet ta’ xogħol aktar marriage and family friendly mhux biss fl-impjiegi ma’ l-Istat imma wkoll ma’ l-industrija privata. Tiġi wkoll rikonoxxuta u meta possibbli kompensata l-ħidma tal-ġenitur li jagħżel li ma joħroġx jaħdem biex irabbi l-ulied. 8. Jingħata appoġġ (ukoll finanzjarju) lill-NGOs li jaħdmu b’riżq il-familja mibnija fuq iż-żwieġ (tħejjija, formazzjoni u terapija). 9. Ikun rikonoxxut Il-memorandum kien ippreżentat lill-partiti politiċi mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, il-Moviment ta’ Kana u l-Caritas |
Intervista
|
|