MediaToday

Aħbarijiet | 23 ta’ Diċembru 2007 Nr 60

Munich ġie u mar u l-pulizija ma tħallsux

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Pulizija li kważi tliet snin ilu ħadmu xogħol fuq il-film Munich għadhom s’issa ma tħallsux għas-sigħat li għamlu. Il-pulizija għandhom jieħdu l-flus mill-Korp tal-Pulizija.
Munich beda jinħadem fl-2005 u ħareġ fiċ-ċinema aktar minn sena ilu.
Partijiet mill-film inħadmu f’irħula differenti Maltin fosthom f’Marsaxlokk, fir-Rabat, f’Tas-Sliema, f’Buġibba u fil-Belt. Għal dan il-għan kienet intalbet l-għajnuna tal-Korp biex pulizija jagħlqu numru ta’ toroq fejn kien qed isir il-ġbid tax-xeni u joqogħdu għassa fl-istess inħawi.
Iżda minkejja li kważi għaddew tliet snin minn dan ix-xogħol, sa llum il-pulizija għadhom ma rċevewx il-ħlas dovut lilhom.
Dawn mhux l-uniċi kontijiet pendenti li għandu l-Korp ma’ membri tiegħu.
Illum hi nfurmata li għad hemm numru ta’ pulizija li għadhom s’issa ma tħallsux ta’ xogħol żejjed li għamlu fis-sajf ta’ sena ilu fi stabbilimenti ewlenin tad-divertiment.
Sidien ta’ dawn il-postijiet kummerċjali sostnew ma’ din il-gazzetta li ma jistgħux jifhmu x’qed iwassal biex il-flus qed idumu biex jaslu għand il-Pulizija. Dan għaliex kif ġew ir-regolamenti s-sidien qed ikollhom iħallsu minn qabel il-flus dovuti lill-Korp għall-assistenza li joffri f’avvenimenti ta’ divertiment.
Hemm ħlasijiet oħra li s’issa għadhom ma ngħatawx lill-pulizija, fosthom ta’ xogħol li sar f’festi pubbliċi. Każ tipiku hu xogħol li sar fl-ewwel tas-sena li waslet biex tintemm.

Intervista
Tgħid jisplodi fil-Eurovision?

Franica Pulis tintervista lil Ray Calleja


Editorijal

Il-kewkba tat-tama


Il Punt
It-Trattat ta' Lisbona: Iva minn qalbi
Arnold Cassola

TONI ABELA
Rigal lil...


Emmanuel Micallef
Meta TUC Malta?


Carmelo Mifsud Bonnici

Opportunità mitlufa



X'kien Jgħid
Żmien ta' riflessjoni



Wenzu Mintoff

Ażżard

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075