MediaToday

Aħbarijiet | 23 ta’ Diċembru 2007 Nr 60

Edwin Grech jitlob investigazzjoni ġdida

Julia Farrugia

Il-Professur Edwin Grech, missier Karin li nqatlet b’ittra bomba bħal nhar il-Ġimgħa 30 sena ilu, qed jitlob li tinfetaħ investigazzjoni ġdida dwar il-każ ta’ bintu.
F’intervista ma’ din il-gazzetta Edwin Grech jgħid li m’għandux fiduċja fl-investigazzjoni li saret s’issa. “Qed nitlob investigazzjoni ġdida u li ssir bis-serjetà,” isostni Grech.
F’dik li tista’ tkun deskritta bħala żvolta ġdida f’dan il-każ missier Karin Grech jistqarr ma’ din il-gazzetta li hu jista’ jipprova kif “l-investigazzjoni li saret fl-imgħoddi kienet zoppa. Jien konvint li xi ħadd qed iżomm il-ġustizzja milli ssir,” ikompli Edwin Grech.
Jumejn biss ’l bogħod mill-Milied, Edwin Grech jitkellem dwar il-weġgħa tal-familja tiegħu u dwar kif wara d-delitt il-familja tiegħu tilfet l-ispirtu veru tal-Milied.
“Ma nistgħux nidħlu fl-ispirtu tal-Milied. Għalina l-Milied ifisser il-qtil ta’ bintna.”
Il-qtil faħxi taż-żagħżugħa Karin permezz ta’ ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha għadu tebgħa fuq il-kuxjenza ta’ dan il-pajjiż. Il-qtil kien seħħ fl-eqqel tal-ġlieda mat-tobba fi żmien il-Gvern Laburista tas-Sebgħinijiet meta t-tabib Edwin Grech injora d-direttiva ta’ strajk li ngħatat lit-tobba mill-Assoċjazzjoni Medika.

Ara l-intervista

 

Intervista
Tgħid jisplodi fil-Eurovision?

Franica Pulis tintervista lil Ray Calleja


Editorijal

Il-kewkba tat-tama


Il Punt
It-Trattat ta' Lisbona: Iva minn qalbi
Arnold Cassola

TONI ABELA
Rigal lil...


Emmanuel Micallef
Meta TUC Malta?


Carmelo Mifsud Bonnici

Opportunità mitlufa



X'kien Jgħid
Żmien ta' riflessjoni



Wenzu Mintoff

Ażżard

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075