Pjazzetta| 23 ta’ Diċembru 2007 Nr 60
Matul ix-xahar ta’ Diċembru ‘Gallery G’ qed ittella’ wirja ta’ akkwarelli ta’ John Martin Borg. Il-wirja, magħmula minn 90 biċċa ta’ l-arti, tiġbor fiha numru ta’ veduti atmosferiċi tipiċi ta’ l-artist kif ukoll numru ta’ xogħlijiet marittimi li l-artist hu l-aktar magħruf għalihom.
Hemm ukoll kollezzjoni ta’ xogħlijiet astratti li jmorru lura għall-bidu tas-Snin 90, kollezzjoni retrospettiva li tiġbor fiha varjetà ta’ teknika bl-akkwarell, li għandhom jiġbdu l-interess tal-viżitatur.
Il-wirja tinkludi wkoll ġabra ta’ studji fuq l-Imdina bi preparazzjoni għall-kwadru ikkummissjonat għall-Palazz ta’ San Anton.
Gallery G tinsab f’4, Triq Sir Ugo Mifsud, f’Ħal Lija. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgha mid-9am sal-5pm u s-Sibt mid-9.30am san-12.30pm. Il-wirja tibqa’ għaddejja sat-28 ta’ Diċembru u hi megħjun minn Attard & Co. bl-inbid Goiya, Bank of Valletta u Busy Bee Ltd. |
|
Franica Pulis tintervista lil Ray Calleja
Editorijal
Il Punt
Arnold Cassola
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|