Aħbarijiet | 16 ta’ Diċembru 2007 Nr 59
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Il-Moviment tal-Gays f’Malta, l-MGRM, rebaħ id-dritt li fl-2009 jilqa’ f’Malta l-konferenza Ewropea ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Lesbjani u l-Gays, l-ILGA. Kull sena din l-assoċjazzjoni torganizza l-konferenza annwali tagħha f’pajjiż differenti biex tiddiskuti temi li jolqtu direttament id-drittijiet tal-membri tagħha u oħrajn.
Matul il-konferenza annwali ta’ din is-sena li saret f’Vilnius, il-belt kapitali tal-Litwanja, kienu diskussi numru ta’ temi li jvarjaw mix-xogħol li qed isir fi ħdan il-Ġnus Magħquda u fuq livell Ewropew sa x’inhuma l-isfidi ġodda fil-komunità ta’ persuni LGBT: lesbjani, gay, bisesswali u transgender.
Waqt ħames sessjonijiet plenarji, numru ta’ gruppi differenti u 21 workshop id-delegati kellhom l-opportunità jiddiskutu u jiltaqgħu ma’ numru ta’ esperti Ewropej u oħrajn mill-pajjiż dwar id-drittijiet u l-ugwaljanza.
Matul din il-konferenza d-delegati approvaw il-pjan strateġiku għas-snin li jibdew mill-2008 sa l-2011 kif ukoll ħatru l-bord eżekutiv il-ġdid. Għat-tieni sena konsekuttiva dan il-bord jinkludi lil Ruth Baldacchino, attivista Maltija tal-LGBT. Ruth kienet eletta biex tirrappreżenta lill-ILGA-Europe fuq il-bord eżekuttiv tal-ILGA-World.
L-aħbar li Malta se tilqa’ fi ħdanha l-konferneza annwali ta’ l-2009 qed titqies bħala xi ħaġa pożittiva mill-komunità tal-gays f’Malta.
F’kumment lil din il-gazzetta Gaby Calleja, ko-ordinatur tal-MGRM, sostniet li “din hi opportunità tajba ħafna li biha nkunu nistgħu nqajmu kuxjenza dwar temi li jolqtu direttament lil LGBT kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fir-reġjun tal-Mediterran.” |
|
Kurt Sansone jintervista lil-President tal-PN Victor Scerri
Editorijal
Il Punt
Hillary Briffa
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|