MediaToday

Aħbarijiet | 16 ta’ Diċembru 2007 Nr 59

Sant ħareġ b’dibattitu li ma jeżistix biex jevita dibattitu li kellu jsir - Gonzi

Kurt Sansone

It-talba ta’ Alfred Sant biex minn issa sal-bidu tal-kampanja elettorali jkun hemm serje ta’ dibattiti bejnu u Lawrence Gonzi fuq l-istazzjon nazzjonali u skond regoli miftiehma, se tibqa’ għajta fid-deżert bil-Prim Ministru jitfa’ l-ballun lura fl-għalqa ta’ l-avversarju.
Mistoqsi minn Illum jekk hux se jaċċetta l-isfida ta’ Sant għal serje ta’ dibattiti, il-Prim Ministru qal li “il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ħareġ b’dibattitu li ma jeżistix biex jevita dibattitu li kellu jsir.”
Intant kelliema għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru sostniet li fl-aħħar żmien kien il-Prim Ministru li stenna lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jattendi għal diversi opportunitajiet ta’ dibattiti li kellhom iż-żewġ mexxejja.

“Apparti d-dibattitu li kellu jsir fuq Xarabank, fl-aħħar ġimgħat il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni evita numru ta’ dibattiti mal-Prim Ministru, inkluż dak organizzat mill-MediaToday (il-kumpanija li tippubblika din il-gazzetta) nhar l-Erbgħa 17 ta’ Ottubru,” sostniet il-kelliema.
Fl-aħħar ta’ Novembru Alfred Sant kien irrifjuta stedina li saritlu mill-programm Xarabank biex ikun kelliem ewlieni flimkien ma’ Lawrence Gonzi.
F’konferenza ta’ l-aħbarijiet, Sant kien spjega kif
il-programm Xarabank ma kienx il-forum addattat għal dibattitu serju ta’ natura politika u minflok stieden lil Gonzi biex jiftiehmu bejniethom fuq serje ta’ dibattiti li jwasslu sal-kampanja elettorali. Sant kien ippropona li dawn isiru fuq TVM skond regoli miftiehma biex in-nies ikollha ċans tifhem l-argumenti u l-viżjoni politika tal-partiti ewlenin.
F’risposta li ta dakinhar stess Gonzi kien aċċetta l-istedina ta’ Xarabank u injora kompletament it-talba li għamillu l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.

Intervista
Elezzjoni touch and go

Kurt Sansone jintervista lil-President tal-PN Victor Scerri


Editorijal

Kollox sew


Il Punt
Id-dinja f'Idejja
Hillary Briffa

TONI u PEPPI
Il-logħob ta' l-ażżard: Gvern papà jew awtoregolazzjoni


Emmanuel Micallef
Bidla fil-mentalità


Carmelo Mifsud Bonnici

L-użu tar-raġuni



X'kien Jgħid
Rigal doppju



Wenzu Mintoff

Is-sema pajjiżi

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075