MediaToday

Aħbarijiet | 16 ta’ Diċembru 2007 Nr 59

Stħarriġ fuq maltarightnow.com juri nefqa anqas fil-Milied

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

L-istħarriġ li jsir permezz tas-siti ta’ l-internet fejn persuna tivvota fuq suġġett magħżul minn min qed jamministra s-sit mhumiex meqjusin eżerċizzji xjentifiċi għax jistgħu jkunu mbagħbsa billi l-istess persuna tivvota iktar minn darba.
Minkejja dan mhux l-ewwel darba li polls bħal dawn imbarazzaw lil min ikun organizzahom, speċjalment jekk isiru minn partiti politiċi.
Din il-ġimgħa kien imiss lill-Partit Nazzjonalista jimbarazza ruħu meta l-istħarriġ li kellu fuq
www.maltarightnow.com wera kif 43 fil-mija ta’ dawk li vvutaw qalu li se jonfqu anqas f’dan
il-Milied.
Għall-mistoqsija kemm se tippjana li tonfoq dan il-Milied, kien hemm 1,496 li wieġbu. Il-maġġoranza, 43 fil-mija, qalu li se jonfqu anqas mis-sena l-oħra.
Kien hemm 23 fil-mija li qalu li se jonfqu daqs is-sena li għaddiet filwaqt li tmienja fil-mija wieġbu li ma jafux. Kienu biss 27 fil-mija li qalu li se jonfqu aktar minn dak li nefqu bħal dan iż-żmien sena. Anki jekk mhux xjentifiku dan l-istħarriġ żgur li ħammar l-uċuh fil-PN.
Intant stħarriġ xjentifiku ppubblikat illum fil-gazzetta oħt, MaltaToday, juri kif l-infiq fuq xiri ta’ rigali se jkun anqas f’dan il-Milied.
Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu, 47.1 fil-mija, qalu li se jonfqu anqas milli nefqu s-sena li għaddiet.
Fl-istess ħin kien hemm 45.1 fil-mija li sostnew li se jonfqu l-istess ammonti bħas-sena l-oħra. Kienu biss 8 fil-mija li qalu li se jonfqu aktar minn kemm nefqu sena ilu.

Intervista
Elezzjoni touch and go

Kurt Sansone jintervista lil-President tal-PN Victor Scerri


Editorijal

Kollox sew


Il Punt
Id-dinja f'Idejja
Hillary Briffa

TONI u PEPPI
Il-logħob ta' l-ażżard: Gvern papà jew awtoregolazzjoni


Emmanuel Micallef
Bidla fil-mentalità


Carmelo Mifsud Bonnici

L-użu tar-raġuni



X'kien Jgħid
Rigal doppju



Wenzu Mintoff

Is-sema pajjiżi

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075