Aħbarijiet | 16 ta’ Diċembru 2007 Nr 59
Il-konsum ta’ l-elettriku laħaq rekord ta’ 434MW f’Lulju li għadda hekk kif
is-sħana bdiet tgħanni ġmielha u n-nies xegħlu l-aircondition biex jiksħu.
Dan il-konsum rekord hu kemmxejn inkwetanti meta tqis li ż-żewġ power stations flimkien jistgħu jtellgħu l-ammont massimu ta’ 571MW ta’ enerġija. B’din ir-rata, sas-sajf li ġej, meta l-isptar il-ġdid ikun qed jinfunzjona kollu kemm hu, pajjiżna jista’ jiffaċċa problemi kbar jekk tinqala’ xi ħsara f’xi waħda mill-power stations.
Ċifri ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juru li l-elettriku ġġenerat fl-2006 mill-power stations kien 18 fil-mija iktar mis-sena 2000.
Filwaqt li bejn is-sena 2002 u 2003 kien hemm żieda sostanzjali fil-ġenerazzjoni ta’ elettriku ma kienx hemm qabża daqshekk kbira bejn is-sena 2005 u 2006. |
|
Kurt Sansone jintervista lil-President tal-PN Victor Scerri
Editorijal
Il Punt
Hillary Briffa
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|