Pjazzetta | 16 ta’ Diċembru 2007 Nr 59
Villaġġi tal-Milied
Park Nazzjonali, Ta’ Qali
Illum jasal fi tmiemu l-villaġġ tal-Milied organizzat mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Id-dħul hu b’xejn. Illum jiftaħ fid-9am b’quddiesa u jibqa’ għaddej sas-6pm. Matul il-ġurnata se jkun hemm kantanti Malti u korijiet. Il-post se jkun maqsum f’ħames partijiet b’attrazzjonijiet għat-tfal fosthom logħob u animazzjoni għat-tfal minn Mini u Griz, attivitajiet kulturali fit-Teatru Grieg, wirjiet marbuta mal-Milied u mwejjed ta’ l-ikel differenti joffru Christmas Logs u qastan ta’ l-imbuljuta. Razzett tal-Ħbiberija,Wied il-Għajn
The Enchanted FoRRest…25 days of Christmas qed tittella’ f’LWS Animal Park fir-Razzett tal-Ħbiberija f’Wied il-Għajn. It-tfal ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ Santa Claus fil-kastell tiegħu hemmhekk kif ukoll jitimgħu l-annimali li jgħixu fil-park. Kull lejl hu maħsub li jagħti divertiment lill- familji b’animaturi u logħob differenti.
Din is-sena se jkun hemm ukoll spettakli għat-tfal u ħajt li jkunu jistgħu jixxabtu miegħu. Bħas-soltu se jkun hemm il-ferrovija u l-go karts għat-tfal.
Il-villaġġ jibqa’ miftuħ sa l-aħħar ta’ Diċmebru. Matul il-ġimgħa jiftaħ mis-6pm sa l-10pm u mis-6pm sal-11pm fi tmiem il-ġimgħa.
Il-qligħ kollu jmur għall-programmi tad-diżabbiltà fi ħdan ir-Razzett stess li jingħataw b’xejn lil aktar minn 1,200 persuna b’diżabbiltà. Għal aktar tagħrif żur www.razzett.org jew ċempel fuq 21636533.
Parties
4AM
Alternative Malta Promotions qed terġa’ torganizza l-avveniment tas-sena lejlet il-Milied f’Naafi l-Belt bl-isem ta’ 4AM.
Il-biljetti huma ta’ Lm4 (Lm5 mill-bieb) u jinsabu għall-bejgħ minn D’Amato (il-Belt), Miss Sixty (Tas-Sliema) u PrintXpress (Università) jew inkella direttament mill-organizzaturi fuq info@alternativemalta.com jew billi ċċempel fuq 99459555.
Dj’s għal matul il-lejla se jkun hemm Zickler, Noel Agius, Bob u Alison (DJ Ice).
Pantomimi
Peter Pan għand Wenzu u Rożi
Pantomina oħra mtellgħa minn Bronk Productions fil-GWU b’Tonio Vella il-Majsi jagħmilha ta’ Wenzu, Joe Xokki Borg ta’ Peter Pan, Josette Ellul ta’ Zolli, Jesmond Triccas ta’ Kurun u Ian Fenech tas-Sindku.
Jidderieġi Simon Curmi. Iż-żfin għandu koreografija ta’ Keith & Adonelle Dancers.
Il-pantomima tittella’ fit-Teatru tal-GWU, il-Belt nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru fis-7pm, l-għada fis-2.30pm u fis-6.30pm, is-Sibt 22 ta’ Diċembru fis-7.30pm, l-għada fis-2.30pm u fis-6.30pm, l-Erbgħa 26 ta’ Diċembru fis-7pm, il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru fis-7.30pm, Is-Sibt 29 ta’ Diċembru fis-7.30pm, Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru fil-5pm.
Il-biljetti jistgħu jinkisbu mingħand Gelardu Kiosk, il-Belt (21220151), mit-Teatru tal-GWU (21223347) jew mill-Bronk Productions (21647177).
Popeye..u l-pastizzi ta’ l-Ispinaċi
Hector Bruno (Ċetta) u Ronald Briffa (Marinton) huma ż-żewġ dami għall-pantomima ta’ l-Istitut Kattoliku. Ċetta tiġi omm Popeye u Marinton omm Olive Oil u li jagħmlu uliedhom dejjem tajjeb.
Id-dati huma f’Diċembru: il-Ħadd 16 fl-4pm, it-Tlieta 18 u l-Erbgħa 19 fid-9.30am għat-tfal ta’ l-iskejjel, il-Ħadd 23 fis-6pm, l-Erbgħa 26 fis-2.30pm u fis-7.30pm, il-Ħamis 27 fis-7pm, il-Ġimgħa 28 fis-7pm, is-Sibt 29 fis-7pm u l-Ħadd 30 fis-2pm u fis-6.30pm. F’Jannar: It-Tlieta, l-ewwel tas-sena fis-6.30pm, Il-Ġimgħa 4 fis-7.30pm, Is-Sibt 5 fis-7pm u l-Ħadd 6 fis-2pm u fis-6.30pm.
Il-prezzijiet ivarjaw minn Lm3.50 (€8.15), Lm4 (€9.32), Lm4.50 (€10.48), Lm4.75 (€11.06) u Lm5.15 (€12). Jinxtraw mingħand Pawlu Testa Travel ta’ Gwardamangia (21223340, 27223340), l-Istitut Kattoliku (21238429), bar ta’ l-Istitut Kattoliku (21242551), Carmen Azzopardi tar-Rabat (21454836) u Tereza Bazaar (21892730) ta’ Ħaż-Żabbar. Għal aktar informazzjoni żur www.teatrurjal.com.
Wirjiet tal-Presepji
L-Art Club 2000 qed itella’ wirja ta’ presepji differenti magħmula minn materjali mhux tas-soltu biex jinħolqu presepji tradizzjonali u le.
Il-wirja tiftaħ illum u tibqa’ għaddejja sat-30 ta’ Diċembru f’14A, Triq San Publiju fil-Mellieħa mis-6pm sad-9pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt u l-Ħadd mid-9am sa 12.00 u mis-6pm sad-9pm.
Għal aktar tagħrif dwar l-għaqda u l-wirja ċempel 21525651, 99523774.
Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan qed ittella’ wirja ta’ presepji fis-Sede tagħha fi Triq San Sebastjan, Ħal Qormi għall-ħames darba. Il-wirja jiftaħha llum il-Prim Ministru u tibqa’ għaddejja sat-2 ta’ Jannar. Matul il-Ħdud u l-festi l-wirja tiftaħ bejn id-9.30am u 12.00 u bejn il-5pm u d-9pm. Matul il-ġimgħa tiftaħ bejn il-5pm u d-9pm.
L-attrazzjoni ewlenija hi presepju magħmul kollu mill-ħobż minn Alex Powell. Il-pasturi huma tat-tafal u maħduma apposta.
Fredu Muscat qed itella’ wirja ta’ presepju statiku f’56, Triq il-Kbira, Birkirkara sa l-1 ta’ Jannar. Il-ħinijet tal-ftuħ huma mill-4pm sat-8.30pm matul il-ġimgħa. Sibtijiet, Ħdud u festi jiftaħ mid-9am sa 12.00 u mill-4pm sat-8.30pm.
Carmelo Camenzuli qed itella’ wirja ta’ presepju kbir 80 pied kwadru maħdum bil-ġibs u bil-ġablo. Il-pasturi huma maħdumin minn Joe Camilleri l-Għawdxi u magħmulin fuq stil bibbliku. Il-presepju fih ukoll effetti ta’ dawl u ta’ l-ilma.
Il-wirja tibqa’ miftuħa sal-5 ta’ Jannar mill-5.30am sad-9pm matul il-ġimgħa u mill-10am sa 12.00 u mit-3pm sad-9pm fil-Ħdud u fil-festi. Tinsab f’134, Garaxx Redentur, Triq Ġlormu Cassar, Mosta.
Attivitajiet
19 ta’ Diċembru
Bejn il-5pm u s-7.30pm l-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien qed torganizza party tal-Milied għat-tfal bejn l-4 snin u l-10 fis-sala tal-każin. Dħul hu ta’ Lm2 (€4.66).
Ibbukkjar tal-biljetti mingħand il-membri tal-kumitat u mill-bar jew billi ċċempel fuq 21806618 bejn is-6pm u t-8pm.
20 ta’ Diċembru
9.30am Coffee Morning bit-tombla organizzat mill-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien fis-sala tal-każin għall-prezz ta’ Lm1.25 (€2.91). Ibbukkjar tal-biljetti mingħand il-membri tal-kumitat u mill-bar jew billi ċċempel fuq 21806618 bejn is-6pm u t-8pm.
21 ta’ Diċembru
Dinner dance annwali fil-Monte Kristo Wine Cellars f’Ħal-Farruġ organizzata mill-Banda San Filep. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kumitat tan-Nisa u mill-Bar tal-każin.
22 ta’ Diċembru
7.30pm Programm Mużikali tal-Milied taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Mro Roderick Bugeja mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan fit-teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan fi Triq San Dwardu. Id-dħul huwa bla ħlas u kulħadd hu mistieden. Għal aktar dettalji ċempel il-każin fuq 21441946.
23 ta’ Diċembru
Marċ tal-Milied organizzat mill-Kunsill Lokali Qormi. Fih jieħdu sehem it-tliet baned tar-raħal. Din is-sena jispiċċa quddiem il-każin tal-banda Pinto. Hemmhekk it-tlitt baned jingħaqdu f’banda waħda u flimkien idoqqu xi għanjiet tal-Milied.
Għal aktar dettalji ċempel il-każin fuq 21441946.
23 ta’ Diċembru
10.30am il-Banda San Filep iddoqq għanjiet tal-Milied f’Misraħ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.
23 ta’ Diċembru
4pm ’il quddiem Father Christmas iżur it-tfal Imqabbin. Sal-21 ta’ Diċembru l-ġenituri jistgħu jħallu r-rigali tagħhom flimkien mad-dettalji fil-banka tal-lottu biswit il-każin tas-Soċjetà Mużikali tal-Ġilju għall-ħlas ta’ Lm1. Għal aktar dettalji żur 99828046 jew żur www.talgilju.com.
24 ta’ Diċembru
8pm ’il quddiem attività brijuża mmexxija minn dj fil-każin tal-Ġilju. Ikel u xampanja provduti mill-bar. Dħul b’xejn. Għal aktar informazzjoni żur www.talgilju.com.
24 ta’ Diċembru
Ikla buffet fil-bar tal-każin San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.
26 ta’ Diċembru
3pm Party tal-Milied għat-tfal fil-każin San Filep f’Ħaż-Żebbuġ. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-kumitat taż-żgħażagħ.
27 ta’ Diċembru
5pm ’il quddiem Party tal-Milied għat-tfal fil-każin tal-Ġilju. Rigali u divertiment matul il-lejla. Il-biljetti jinkisbu mill-banka tal-lottu biswit il-każin tas-Soċjetà Mużikali tal-Ġilju għall-ħlas ta’ Lm3. Għal aktar dettalji żur 99828046 jew żur www.talgilju.com.
27 ta’ Diċembru
8.15pm Ikla buffet fil-lukanda Plaza Tas-Sliema organizzata mill-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien għall-prezz ta’ Lm6.50 (15.14 Ewro) għall-kbar u Lm3.50 (€8.15) għat-tfal sa 10 snin.
Ikun hemm divertiment, parkeġġ u xarba b’xejn għal kulmin jattendi. Trasport għall-ħlas ta’ 50ċ. Jitlaq minn ħdejn il-każin fis-7.30pm.
Ibbukkjar tal-biljetti mingħand il-membri tal-kumitat u mill-bar jew billi ċċempel fuq 21806618 bejn is-6pm u t-8pm sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Diċembru.
28 ta’ Diċembru
Joe Brown u l-band qegħdin jorganizzaw żifna tal-Milied fir-Razzett tal-Ħbiberija f’Wied il-Għajn. Is-serata se tinvolvi tmien mużiċisti flimkien ma’ kantanti magħrufa Maltin. Ikun tipi differenti ta’ ikel, xorb u rigali x’jintrebħu. Il-biljetti huma Lm10 u jinxtraw mir-Razzett. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 79911720, 99466844. Donazzjoni mill-qliegħ tingħata lir-Razzett.
29 ta’ Diċembru
Workshop għat-tfal dwar kif jagħmlu l-imriewaħ. It-tpinġijiet isiru mill-kollezzjoni ta’ mriewaħ li hemm fil-mużew ta’ Palazzo Falson. Il-materjali li jintużaw huma karti tat-tgeżwir użati u żigarelli li jingħataw b’xejn lit-tfal. L-attività se ssir matul il-ġurnata. Dħul għal workshop hu b’xejn għat-tfal bejn is-sitt snin u t-12 akkumpanjati minn adult li jħallas. It-tfal li jattendu jingħataw ukoll ktejjeb b’xejn.
Palazzo Falson jinsab fi Triq Villegaignon, Mdina. Għal aktar informazzjoni żur www.palazzofalson.com jew ċempel 21454512.
31 ta’ Diċembru
Ikla buffet fil-bar tal-każin San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.
Kunċerti
Illum
Il-vjolinista Roberta Attard u l-vjolinċellista Angelica Galea se jagħtu kunċert ta’ mużika barokka u tal-Milied fl-intrata ta’ Palazz Falson mill-10.30am san-12.30pm. Dħul b’xejn. Palazzo Falson jinsab fi Triq Villegaignon, Mdina. Għal aktar informazzjoni żur www.palazzofalson.com jew ċempel 21454512.
21 ta’ Diċembru
L-Amadeus Chamber Choir se jtellgħu A Prelude to Christmas, kunċert b’taħlita ta’ innijiet tal-Milied tradizzjonali u oħrajn kontemporanji taħt it-tmexxija ta’ Mro Brian Cefai fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann bl-għajnuna tal-Metropolitan Cathedral Chapter u tal-Fundazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Din is-sena l-qliegħ imur għar-Razzett tal-Ħbiberija. L-istedini jinkisbu mill-banka tal-lottu fi Triq ir-Repubblika l-Belt (792001188) jew minn Il-Kantuniera, Triq San Luqa Guardamangia (99879285).
23 ta’ Diċembru
Il-vjolinista Roberta Attard u l-vjolinċellista Angelica Galea se jagħtu kunċert ta’ mużika barokka u tal-Milied fl-intrata ta’ Palazz Falson mill-10.30am san-12.30pm. Dħul b’xejn. Palazzo Falson jinsab fi Triq Villegaignon, Mdina. Għal aktar informazzjoni żur www.palazzofalson.com jew ċempel 21454512. |