MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Il-Gvern bi 22 proposta għal Sant’Iermu

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mal-Ministru ta’ l-Informatika u l-Investiment Austin Gatt ippreżentaw viżjoni li tinkorpora 22 proġett għar-riġenerazzjoni tal-port ta’ Marsamxett mill-Forti Sant’Iermu sal-Ponta ta’ Tignè.
Il-Prim Ministru spjega li dan il-proġett irid jitqies f’kuntent sħiħ bħala parti mill-viżjoni 2015.
“Ingħatat prijorità għall-konservazzjoni tal-wirt storiku kif ukoll għas-sostenibilità kummerċjali u ambjentali,” qal Gonzi.
“Fuq kollox il-gvern ma jidhirlux li dan il-proġett għandu jintuża biex ikun hemm spekulazzjoni ta’ bini.”
Qabel ma ħabbar id-dettalji ta’ din il-viżjoni l-Ministru Gatt spjega li din il-viżjoni għandha tissarraf f’impjiegi ġodda u aħjar. Fost il-proposti msemmija, wieħed isib il-bini ta’ breakwater ġdid għal Marsamxett, terminal tal-cruise liners ieħor taħt Sant’Iermu, il-konverżjoni tal-forti tal-parti ta’ fuq ta’ Sant’Iermu f’ċentru għall-kultura u d-divertiment, parkeġġ taħt l-art li jesgħa 5,000 karozza, lukanda lussuża minflok Evans Building, żewġ yacht marinas, akkademja għall-arti kontemporanja, tisbieħ tax-xatt tal-Gżira u Tas-Sliema kif ukoll irmiġġ ġdid għall-vapuri tal-Gozo Channel.
It-twettieq ta’ ħafna minn dawn il-proġetti jiddependi mill-kostruzzjoni ta’ breakwater li jidher li hu pjanat f’parti fejn il-baħar jibqa nieżel anki sa’ 28 metru. Proġett ta’ dan id-daqs jista’ jiġi jiswa figuri astronomċi.
Il-pubbliku mistieden jissotometti r-reazzjonijiet sa Frar tal-2008. Wara dan, għandu jinħareġ pjan t’azzjoni b’dati magħżula ġhat-tlestija ta’ kull proġett.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075