Aħbarijiet | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58
Fair Play hi l-ewwel logħba Maltija li hawn fis-suq u qed tinbiegħ mill-ħanut L-Arka. Fair Play tgħin biex titfisser il-kumplessità tas-suq tal-qoton li jolqotna lkoll mill-qrib meta niġu biex nixtru l-ħwejjeġ.
L-għan tal-parteċipanti fil-logħba hu li jibdlu l-linja tal-produzzjoni tal-qoton tagħhom f'waħda iżjed ġusta u sostenibbli, billi jpartu l-karti u l-punti. Madankollu, kull parteċipant għandu jżomm dejjem f'moħħu l-logħob tal-parteċipanti l-oħra biex ma jinħlewx ir-riżorsi li hemm għall-użu ta' kulħadd għax inkella tintemm il-logħba.
L-età ta’ min jista’ jilgħab hi minn 14-il sena ’l fuq. Tinsab għall-bejgħ mingħand L-Arka ta’ 306, Triq San Pawl, Il-Belt Valletta u Merlin Library Triq Mountbatten, Blata l-Bajda. Il-prezz hu ta’ Lm8.59 jew €20. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|