MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Mhux eskluża liġi dwar sigurtà fil-banek

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Tonio Borg, il-Ministru għall-Intern, sostna ma' Illum li l-Gvern qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-banek f'pajjiżna u ma jeskludix li jirregolarizza s-sigurtà tagħhom b'Liġi.
Borg kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta' din il-gazzetta b'rabta ma' dan is-suġġett fid-dawl tal-hold up fuq fergħa tal-HSBC. Is-serqa rat is-somma fenominali ta' miljun ewro tgħib mill-fergħa ta' Ħal Balzan, bl-investigaturi għadhom s'issa qed jippruvaw isolvu dan il-każ sensittiv.
Bħal llum ġimgħa Illum kixfet dettalji dwar twissija li John Zammit, l-eks Kap tas-Sigurtà ta' l-HSBC, għamel lill-Kummissarju tal-Pulizija. F'ittra li tmur lura għat-18 ta' Diċembru ta' sentejn ilu Zammit wissa dwar is-sigurtà fjakka fil-fergħat tal-HSBC filwaqt li reġa' tenna l-argument tiegħu li s-sigurtà fi ħdan il-banek kollha għandha tkun regolata b'Liġi.
Din il-gazzetta għandha f'idejha kopja ta' korrispondenza li għaddiet ukoll għand l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.
Lura f'Jannar tal-2006 l-Awtorità talbet lill-eks Kap tas-Sigurtà ta' l-HSBC biex jagħtiha permess tuża l-ittri tiegħu biex tkun tista' tgħaddihom lill-banek konċernati sabiex dawn jagħtuha t-tweġibiet u l-kummenti tagħhom.
Minn dakinhar sa llum għaddew kważi sentejn u l-MFSA qed tirrifjuta milli tagħti ċerti dettalji fosthom dwar jekk wara l-ittra ta' sentejn ilu l-MFSA kitbitx lill-banek kollha u x'rispons kien hemm wara dan l-intervent.
L-MFSA qed tgħid biss li “l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji kienet segwiet u se tibqa' ssegwi dak li nkiteb fl-ittra li s-Sur Zammit bagħat lill-Kumissarju tal-Pulizija.”
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji qed tgħid li “ma tħossx li jkun prudenti li tikkumenta aktar dwar ir-rispons li kien hemm mill-banek u x'azzjonijiet ittieħdu.”
Sadanittant, konxju li s-sigurtà fil-bank veru hi batuta, nhar il-Ġimgħa l-bank HSBC ħabbar li se jsaħħaħ is-sigurtà fi ħdanu. Fost l-oħrajn, permezz ta' tabelli fil-fergħat, avża li kull kaxxaforti mhux se tkun tista' tinfetaħ mill-ewwel kif kienet s'issa. Bħala deterrent għall-ħallelin kull kaxxaforti mhux se tkun tista' tinfetaħ mill-ewwel, la mill-maniġer tal-bank, la mill-ħaddiema u wisq anqas minn ħallelin.
L-HSBC qal li qed jieħu numru ta' miżuri oħra li mhux se jgħid x'inhuma biex iservu ta' deterrent għall-kriminali u b'hekk titjieb is-sigurtà għall-impjegati u għall-klijenti.
Illum tista' tikkonferma li l-MUBE u l-GWU li jirrappreżentaw il-ħaddiema fil-bank għaddejjin b'taħditiet mat-tmexxija tal-HSBC dwar il-kwistjoni tas-sigurtà.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075