MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Fl-ixkora ta’ Father Christmas

Sabrina Agius

Sena wara l-ħruġ tal-film ‘Cars’, ġugarelli li jġorru magħhom dan l-isem għadhom jinsabu fil-lista ta’ l-iktar ġugarelli preferuti mit-tfal bħala rigal tal-Milied.
Iżda lil hinn mill-ġugarell favorit, importaturi ewlenin li tkellmu ma’ Illum sostnew li l-età tat-tfal li għalihom jinxtraw il-ġugarelli qed tonqos minn sena għal sena. Donnhom li t-tfal tagħna qed jikbru iktar malajr minn qabel.

L-importaturi qalu li l-età tal-ġugarelli tradizzjonali saret tasal sa tmien snin, l-iktar għax wara li jagħlqu t-tmien snin, il-bniet u s-subien jippreferu affarijiet elettroniċi.
Gerald Zammit, sid il-ħanut Kidzone, qalilna li l-istaġun tal-bejgħ din is-sena beda iktar kmieni mis-soltu. “Tradizzjonalment il-bejgħ jieħu spinta wara it-8 ta’ Diċembru. Iżda din is-sena n-nies ħasbulu minn kmieni.”
Dwar il-ġugarelli favoriti, Zammit qal li għal tfal ta’ tliet snin qed timxi ħafna Aquadraw tad-ditta Tommy. Zammit qalilna li dan hu kunċett ġdid għat-tfal. “Ikollok pinna qisha felt pen. Biha jkunu jistgħu ipinġu disinn ta’ gost għalihom fuq board li tkun water base, imbagħad joħrog id-disinn li jkunu għamlu,” spjega Zammit.
Bosta sidien qablu dwar l-impatt qawwi li jħallu r-riklami li jidhru fuq t-televiżjoni Taljan u anki stazzjonijiet oħra barranin. Biċċiet minnhom jiġu jgħidulek speċifikament “irrid dak bħalma rajt fuq it-televixin”, qalilna Daniel Schembri, sid tal-K’Hobbies.
Pupi bħal Cicciobello tad-ditta Gioco Preziosi u Barbie tal-Mattel jibqgħu fil-quċċata tal-bejgħ ghall-bniet.
Fost il-logħob elettroniku favorit mat-tfal li jaqbżu t-tmien snin hemm il-V-Smile.
Kif spjegalna Mario Balzan Demajo, sid il-Pedigree Toyshops: “Għall-Milied it-tfal ikunu qed jistennew dak il-ġugarell li żgur ma jaqilgħux matul is-sena. Ikun ġugarell definittivament ikbar u ta’ ħafna iktar valur.”
Il-ġenituri jkunu jridu jonfqu dak il-ftit iktar biex jikkuntentaw lit-tfal tagħhom. B’hekk jinvestu f’ġugarelli li jkunu jiswew anki ’l fuq minn Lm40. Tfal bejn erba’ u sitt snin jiġu iktar influwenzati mill-media u jmorru għall-ġugarelli li jaraw ir-riklami tagħhom fuq stazzjonijiet barranin. Karattri bħal Spiderman, Power Rangers u Ben-10, karattru ġdid li qed jaqbad sew, jissemmew ukoll fil-lista ta’ rigali. Ma jonqosx li l-bniet imorru għall-pupi. Hemm dawk li huma leali lejn Barbie iżda oħrajn jippreferu pupi bħal Baby Anabel ta’ Zapf Creations.
Dawn il-pupi ħafna drabi jaġixxu bħal trabi normali. Baby Anabel hi pupa li meta tisma’ l-vuċi ddawwar wiċċha minn fejn tkun ġejja l-vuċi. Apparti minn hekk wieħed ikun jista’ jixtri wkoll l-aċċessorji neċessarji bħal kalzetti, ħwejjeġ u l-bqija.
Balzan Demajo jikkonferma li pupi bħal Dora u Princess Fairy jibqgħu fost l-iktar popolari.
Staqsejna wkoll lis-sidien dwar il-karattru tal-ġurdien simpatiku Remy li hu ‘l-attur’ prinċipali fil-film animant Ratatouille li riċentement ħareg fis-swali taċ-ċinema. Iżda għall-kuntrarju ta’ Cars jidher li għadu ma ħax dik l-ispinta mistennija. Raġuni għal dan jista’ jkun li għadu kmieni fl-istaġun.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075