MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Korsijiet sfrattati bit-transfers

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com

Fl-aħħar ġimgħat ftit anqas minn 200 għalliem kienu nfurmati li kors li ntagħżlu għalih mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni se jkun pospost għal Jannar tas-sena d-dieħla.
Il-korsijiet huma fl-ICT u suppost kellhom jibdew fis-26 ta’ Novembru li għadda.
Iżda kif żvelat din il-gazzetta fil-ġimgħat li għaddew numru ta’ għalliema miċ-Ċentru ta’ l-ICT f’Belt is-Sebħ ingħataw transfer.
Din il-mossa qanqlet reazzjoni negattiva u permezz ta’ l-MUT, l-union li tirrappreżentahom, numru ta’ għalliema sostnew li s-sistema applikata għal dawn it-transfers kienet waħda li kisret il-proċedura.
Kienu dawn l-istess transfers li wasslu għall-posponiment tal-korsijiet tad-Diviżjoni u dan għaliex fost il-persuni li ngħataw transfer hemm għalliem li normalment jikkordina dawn il-korsijiet. Konsegwenza ta’ hekk m’hemmx biżżejjed riżorsa umana biex il-korsijiet jittellgħu kif ippjanat.
Issa madwar 200 għalliem li kienu għadhom kemm irċevew ittra uffiċjali li ntagħżlu għall-kors u li l-lezzjonijiet jibdew f’Novembru, reġgħu ġew ikkuntattjati mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u qalulhom li l-korsijiet kienu posposti għal Jannar li ġej.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075