Ittri| 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58
Minn Saviour Cachia,
Marsaskala
Ir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir jidher li se jkollha post importanti fil-manifest elettorali tal-partiti politiċi għall-elezzjoni ġenerali.
Minn qalbi ngħid merħba lil kwalunkwe proposta. Hu fuq affarijiet bħal dawn li nixtieq nara lill-partiti politiċi jikkompetu bejniethom. Min minnhom se jirnexxielu jipproponi l-iktar passi vijabbli ħalli l-Port il-Kbir jingħata l-ħajja mill-ġdid. Ċertament li l-ebda Gvern ma jista’ jitqies li qed iwettaq dmirijietu sew għall-aħjar interessi tal-pajjiż jekk ma jagħrafx il-bżonn li jirxoxta mill-ġdid il-Port il-Kbir, ġawhra bla qies fil-potenzjal turistiku li jista’ joffri pajjiżna.
Ikun min ikun il-Gvern il-ġdid għandna nuru impenn kollettiv biex dak li min-naħa twassal lill-poplu b’mezz tassew illustrat u l-ħsibijiet imsejsa fuq dokumenti immirati fil-pjan għal bidu ġdid, jitwettaq bla dewmien.
Jekk hemm bżonn il-bidla għandha ssir id f’id ma’ interessi privati. Ma ninsewx li Malta hi tagħna lkoll u hu importanti li l-ġenerazzjoni tal-lum taħdem biex tħalli lill-ġenerazzjoni ta’ għada, Malta u Għawdex aħjar milli huma llum. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|