Ittri | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58
Minn Lino Ellul,
San Ġwann
Jekk hi verità assoluta li fil-Kotba Mqaddsa m’hemm xejn speċifikat li Marija kienet meħlusa mid-dnub oriġinali, iżda skond l-anġlu Gabrijel, minnha kellu jitwieled bin Alla, kif qatt nistgħu aħna l-Kattoliċi konvinti nimmaġinaw li Kristu kellu jitwieled mingħajr id-dnub oriġinali li kieku twieled minn mara mhux meħlusa mid-dnub?
Forsi mhux għalhekk li aħna l-Kattoliċi konvinti nemmnu li l-Verġni Marija kienet mifdija u meħlusa mid-dnub oriġinali sa mill-eternità permezz ta’ Kristu? Forsi mhux għalhekk li aħna nemmnu li l-Verġni Marija hi Omm Kristu bħala bniedem, kif ukoll omm Kristu bħala Alla, skond kif ġie dikjarat mill-Konċilju ta’ Efesu fis-sena 431 u definit mill-Konċilju ta’ Kalċidonja fis-sena 451?
Forsi mhux għalhekk li aħna nemmnu li l-Verġni Marija hi l-kapulavur ta’ Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu?
Meta allura t-teoloġija ta’ l-inkarnazzjoni, ir-reliġjon Kattolika, kif ukoll il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika huma bbażati kollha fuq il-kawża u l-konsegwenzi tad-dnub oriġinali, kif qatt nistgħu ma nemmnux dak li hemm fil-kapitlu tal-Ġenesi?
Jekk fis-sena 1854 il-Knisja Kattolika iddikjarat bħala Domma tal-fidi li l-Verġni Marija kienet bla dnub oriġinali u jekk fis-sena 2008 il-Knisja Kattolika se tiċċelebra l-150 sena minn meta f’Lourdes il-Verġni Marija iddikjarat lilha nfisha bħala l-Immakulata Kunċizzjoni, kif qatt nistgħu nikkonvinċu lil dawk li jiġu jinbxuna kontra l-Verġni Marija, jekk b’kawża ta’ dak li qed jiċħdu fil-miftuħ ħafna predikaturi u katekisti moderni, aħna ma nkunux konvinti mid-dnub oriġinali skond kif seħħ fir-rakkont tal-Ġenesi? |
|
Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|