MediaToday

Ittri| 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Jum l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ l-Isqof Emanuel Galea

Minn Mons. Alwiġ Deguara
Viċi Postulatur kawża għall-beatifikazzjoni,
Floriana

Il-Qaddej ta’Alla, l-Isqof Emanuel Galea kien ordnat saċerdot flimkien ma’ ħuh Dun Franġisk mill-Arċisqof Mawru Caruana, fil-Katidral ta’ l-Imdina nhar is-Sibt, 18 ta’ Diċembru 1915.
Hu ħadem fil-Parroċċa ta’ l-Isla bħala Direttur ta’ l-Istitut tad-Dutrina ta’ San Giljan u bħala Rettur tal-Fratellanza tar-Rużarju. Ħabrek ħafna għat-tixrid tad-devozzjoni tar-rużarju ta’ kuljum fil-familja.
Il-Kapitlu ta’ l-Isla għażlu bħala Kanċillier tal-Kapitlu  u hu qeda dan id-dmir b’delikatezza kbira minħabba ċ-ċirkustanzi ta’ dak iż-żmien. Fuq kollox, kien mogħti għas-servizz tal-qrar u tal-predikazzjoni f’ħafna parroċċi ta’ Malta.
Dun Manwel, kulħadd hekk kien jafu, ta l-ħin tiegħu għall-qrar fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien fejn kien mar joqgħod ma’ ħuh meta dan sar Kappillan hemmhekk.
Bħala saċerdot ħadem b’dedikazzjoni li tgħaġġbek għal żmien twil fis-Seminarju bħala professur u bħala prefett ta’ l-istudji wara li kien iggradwa fl-Università Gregorjana f’Ruma wara l-gwerra l-kbira.
Kien għadu saċerdot u monsinjur tal-Katidral meta kien intgħażel biex ikun is-Segretarju Ġenerali tal-Kurja u membru ta’ diversi kumitati Djoċesani.
Hi xi ħaġa xierqa li nfakkru l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu waqt quddiesa konċelebrata fil-Kolleġġata ta’ San Pawl, ir-Rabat, nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru fis-6pm.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075