MediaToday

Ittri | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Il-politika tal-għira u l-investiment fil-proprjetà

Minn Joseph Bonett Balzan,
San Ġiljan

Għal uħud li jaqraw il-gazzetta Leħen is-Sewwa iqisuha vanġelu. Dan mhux sew għax Vanġelu wieħed għandna, dak ta’ Sidna Ġesù. Ħlief għat-tagħlim awtorevoli tal-Knisja n-nisrani mhuwiex obbligat li jbaxxi rasu għal opinjoni jew oħra.
Nixtieq nesprimi żewġ ideat differenti minn dawk tal-korrispondenti regolari ‘Alpha Beta’ u ‘Aġġornat’ fuq dak li kitbu fil-Leħen is-Sewwa tas-17 ta’ Novembru.
Nibda b’dan ta’ l-aħħar. Allaħares wasalna fl-istat li kif jidlam dak li jkun jeħtieġ jinġabar f’daru minħabba l-prekarjetà tal-qagħda tal-kriminalità fit-toroq.
Kitba ta’ din ix-xorta tallarma bla bżonn u tkompli tgħin lil min irid li jonqsu n-nies mit-toroq biex ma jkunx hemm xhieda tal-għemejjel ħżiena li jista’ jwettaq jew biex tonqoslu s-sudizzjoni minn ċittadini u persuni oħra.
Naqbel ma’ dak li kiteb ‘Aġġornat’ li mhux dejjem għadek tara l-uffiċjali tal-forzi ta’ l-ordni jagħmlu dik ir-ronda bil-mixi. U hawn ta’ min jistħarreġ il-possibbiltà li dawn jerġgħu jibdew jagħmlu r-ronda u xejnxejn ikunu qed jagħtu sehimhom fil-kampanja kontra l-obesità.
Dwar li kiteb ‘Alpha Beta’ ma qbiltx mal-kruċjata li jidher li qed jagħmel, parti minnha kontra l-investiment fil-propjetà. Ara kieku l-korrispondent għamel iżjed enfasi biex jiġi investigat mnejn dawn il-fondi kollha ġew biex jitla’ daqshekk bini, kont nagħtih raġun. Imma min se jlum dawk il-ġenituri li jibnu jew jixtru post bil-lest lil uliedhom li jkunu se jiżżewġu għada pitgħada la l-prezzijiet dejjem tilgħin? Jew lil dawk li minflok ipoġġu flushom il-bank jew f’xi investiment ieħor b’miżerja ta’ imgħax jew ritorn fuq il-kapital jagħżlu li jinvestu fil-proprjetà bħala ħażna tal-ġid?
Min jista’ jlum lil dawk li minflok isiefru u jonfqu l-flus barra, jinvestu f’post ta’ villeġġatura? Nittama li mhux se nimbarkaw fuq kruċjata ta’ politika ta’ għira.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075