MediaToday

Ittri | 09 ta’ Diċembru 2007 Nr 58

Is-servizz bil-baħar fil-Port il-Kbir

Carmelo Agius,
Żebbuġ

L-intervista li kellkom il-ġimgħa li għaddiet ma’ Walter Ahar ħaditni lura fiż-żmien meta bħala tfal konna nirkbu d-dgħajsa minn Bormla biex naslu l-Belt fejn imbagħad nitilgħu bil-lift tal-Barrakka.
Kienu żminijiet oħra fejn il-karozza konna nqisuha lussu mhux bżonn. Il-barklor kien jaqdi l-ħtiġijiet tagħna ta’ dawk iż-żminijiet b’mod tajjeb ħafna u l-vjaġġ lejn il-Belt kien idum madwar 10 minuti.
Nitbissem meta nara li llum hemm min irid jerġa’ jqabbad dik it-tradizzjoni. Tajjeb li jsir hekk, forsi b’mezzi iktar moderni li jħaffu iktar fil-baħar. Imma hi ironija kif kellna sistema ta’ trasport li abbandunajniha għax ħsibna li se nkunu iktar moderni biex issa qed nerġgħu niskopru l-bżonn li l-bliet ta’ madwar il-Port il-Kbir jinqdew b’servizz bil-baħar.
Ma naħsibx li se tkun faċli li n-nies terġa’ tidra tuża l-baħar biex tasal sal-Belt. Nara mit-tfal tiegħi, illum ġenituri, u n-neputijiet, li wħud minnhom diġà jsuqu. Dawn kważi qatt ma jirkbu b’tal-linja għax il-karozza twassalhom kullimkien fil-kumdità, aħseb u ara kemm se tgħidilhom jużaw il-baħar.
Għalhekk is-sistema li tidħol trid tkun waħda vantaġġuża bi prezz li jilħaq il-but ta’ kulħadd. Il-Gvern għandu jikkunsidra wkoll jekk jagħmilx is-servizz b’xejn u jkun finanzjat mill-flus li jdaħħal mil-liċenzji tal-karozzi.
Nittama biss li dan l-interess kollu fil-Port il-Kbir ma jdumx mill-Milied sa San Stiefnu. Forsi qabel immut nerġa’ jkolli l-opportunità li mmur sal-Belt bid-dgħajsa u nirkeb il-lift tal-Barrakka.

Intervista
Il-‘ktieb' l-aħmar ta' Reno

Julia Farrugia tintervista lil Reno Calleja


Editorijal

Ippubblikaw l-ismijiet


Il Punt
Il-ħiega ta' referendum
Christopher Cutajar

TONI u PEPPI
Alfred Sant, Xarabank u d-diskussjoni politika


Emmanuel Micallef
L-allat tal-privileġġi!!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valur tal-verità



X'kien Jgħid
Ftit ħafna, tard wisq?



Wenzu Mintoff

Palk politiku


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075