MediaToday

Aħbarijiet | 02 ta’ Diċembru 2007 Nr 57

Teatru Unplugged jagħlaq 10 snin

Franica Pulis titkellem ma’ Nirvana Azzopardi, il-moħħ wara Teatru Unplugged, dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena u għalfejn se jerġa’ jieħu sehem Ganni

Teatru Unplugged wasal fl-10 edizzjoni tiegħu u għadu bl-istess għanijiet: li jkun ta’ pjattaforma għal artisti ġodda u li joffri divertiment u mużika differenti lill-ispettaturi.
Dan l-avveniment kien beda fi żmien meta t-Teatru Manoel kien għadu jara l-aktar kunċerti klassiċi milli pop.
Minn dak iż-żmien ’l hawn Nirvana Azzopardi, waħda mill-organizzaturi, tgħid li għadha ma xebgħetx taħdem għall-Unplugged.
“Lanqas xejn! Anzi Teatru Unplugged hu xi ħaġa li nkun qed nistenna kull sena. Anke meta kont imsiefra kont dejjem nipprova ninżel għal avveniment.
“Dan ma jfissirx li ma jkunx hemm drabi li jkolli aptit intajjar kollox għax bħal f’kollox ma jinqalax intopp wieħed biss. Imma Teatru Unplugged hu xi ħaġa li għandi għal qalbi ħafna għax tagħtini l-opportunità li nkun kreattiva u naħdem ma’ tim li jispirani ħafna. Irrispettivamnet ta’ kemm jinqalgħu problemi dejjem kien worth it fl-aħħar mill-aħħar!”
Nirvana tara li l-Unplugged bejn evolva u bejn le minħabba li dejjem inżammet l-istess formola. “Nippruvaw nilħqu bilanċ bejn artisti ġodda u oħrajn iktar stabbiliti. L-għan dejjem hu li niċċelebraw it-talent mużikali lokali u nagħtu spettaklu tajjeb!
Din is-sena se jieħdu sehem il-kantanta u pjanista Carrie, il-kantawtur Tony Grimaud, Ivan Filletti, Kristina Casolani, Sue Bottone, Gianni u Renzo Spiteri li se jkun mal-grupp mużikali tiegħu u erba’ kantanti magħrufa. Minn New York ġejjin ukoll il-pjanisti Paul Shaw u martu Anne Paolini Shaw li se jtellgħu repertorju klassiku.
Claire Agius se tippreżenta s-serata.
Wara lista bħal dik tistaqsi kemm hu faċli biex tgħaqqadha.
“Faċli ħafna. Hawn ħafna talent u l-problema mhux li ssibu imma li jkollok tagħżel minnu u tħalli barra lil xi nies li vera jistħoqqilhom ikunu parti mill-kunċert,” qalet. Tkompli tgħid kemm hu aktar diffiċli biex ma tużax dejjem l-istess nies.
“Bħala produttur dejjem ikollok dawk il-favoriti. Filfatt nużaw ħafna gruppi mużikali, kantanti u mużiċisti iktar minn darba, speċjalment meta jkollna feedback tajjeb mill-udjenza.
“Din is-sena filfatt erġajna stedinna lil Paul Shaw li diġà ħa sehem darbtejn oħra. Imma tant intlaqa’ tajjeb u tant hu bravu li xtaqna nistiednuh għall-anniversarju ta’ l-10 snin.”
Nistaqsiha l-aħħar waħda: għaliex Gianni se jerġa’ jieħu sehem din is-sena? Pront pront tweġibni, “Għax gustuż!”
Kinnie Teatru Unplugged X se jsir fit-Teatru Manoel mis-7 ta’ Diċembru sad-9 fit-8pm. Il-biljetti huma Lm4, Lm6 u Lm7.50 u jistgħu jinxtraw online minn www.teatrumanoel.com.mt jew billi ċċempel fuq 21246389. Għal aktar informazzjoni żur www.choosemalta.com/tu.

Intervista
“Nixtieq nindifen fid-dgħajsa”

Sabrina Agius tintervista l-barklor, Walter Ahar


Editorijal

Trasport tal-massa


Il Punt
Ix-Xandir Nazzjonali fejn sejjer?
Gejtu Vella

TONI ABELA
Sahra bla taxxa: taqbel mal-prinċipju?


Emmanuel Micallef
Rikatt minn min?


Carmelo Mifsud Bonnici

Kreditu politiku



X'kien Jgħid
Santo Mugliett



Wenzu Mintoff

Id-dritt għall-ħajja


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075