MediaToday

Aħbarijiet | 02 ta’ Diċembru 2007 Nr 57

L-assoluzzjoni ta’ Gonzi

Ir-riabilitazzjoni ta’ John Dalli serqet ix-xena politika din il-ġimgħa. Iżda hemm mistoqsija waħda li għada mhux imwieġba. KURT SANSONE jirrapporta

Sa fl-aħħar waslet l-assoluzzjoni għal John Dalli. Din il-ġimgħa Lawrence Gonzi, il-persuna li għal tliet snin sħaħ baqa lura milli jgħid għalfejn kien aċċetta r-riżenja ta’ Dalli, ipprova jagħlaq il-kapitlu darba għal dejjem billi jagħti l-benedizzjoni lill-eks rival tiegħu għat-tmexxija tal-partit.
Iżda x-xena patetika li rajna f’Kastilja din il-ġimgħa iktar fetħet kotba milli għalqet. Li hu żgur Dalli ħa s-sodisfazzjon għal dak kollu li ilu jgħid dwar kif ‘ħadmuh’ u ‘warbuh’ nies fil-partit stess. F’għajnejn in-Nazzjonalisti Dalli issa hu bniedem riabilitat u dan hu biżżejjed biex l-eks ministru tal-finanzi jerġa’ jiffaċċa l-elettorat tiegħu b’ċerta kunfidenza.
Madankollu, jekk id-dikjarazzjoni f’Kastilja kienet ta’ siwi għal Dalli mhux tant jista’ jingħad l-istess għal Gonzi. Il-Prim Ministru pprova jilgħab karta.
Bl-assoluzzjoni Gonzi rnexxielu jwaqqaf lil Dalli milli jkompli jikkritika b’mod miftuħ deċiżjonijiet tal-Gvern u tal-PN iżda f’għajnejn l-elettorat moderat il-Prim Ministru ħareġ dgħajjef ħafna.
Sal-lum ħadd għadu ma jaf bl-eżatt għalfejn fl-2004 il-PM ħass li kellu jaċċetta r-riżenja ta’ Dalli. Fuq il-każ tal-kumpanija tat-tbaħħir Iranjana l-PM mill-bidunett ma kien sab xejn ħażin fl-imġieba tal-ministru tiegħu. Fuq l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fl-għoti tal-kuntratt għax-xiri ta’ l-apparat mediku għall-MaterDei kien Gonzi stess li fil-programm Viċi Versa ta’ ftit ilu li qal li r-rapport ta’ Joe Zahra ma kienx emmnu għax kien “ovvju” li hu falz. U fuq il-każ tax-xiri tal-biljetti ta’ l-ajru mill-ministeru ta’ Dalli, il-PM kien għadda l-każ lill-Awditur Ġenerali iżda l-investigazzjoni kellha ssir dwar il-proċeduri li jużaw il-ministeri kollha għax-xiri tal-biljetti ta’ l-ajru u ma ffukatx biss fuq Dalli.
Fil-konferenza stampa li ta Gonzi din il-ġimgħa ma ħareġ xejn ġdid iktar minn dak li konna nafu sal-lum u għalhekk il-mistoqsija toħroġ weħidha: jekk illum Gonzi ma sab xejn ħażin fl-aġir ta’ Dalli meta kien ministru, x’żammu milli jagħmel din id-dikjarazzjoni tliet snin ilu meta l-istess fatti kienu diġà magħrufa?
It-tweġiba jista’ jagħtiha biss Gonzi u żgur li hawn ħafna widnejn lesti jisimgħu dak li għandu xi jgħid.

Intervista
“Nixtieq nindifen fid-dgħajsa”

Sabrina Agius tintervista l-barklor, Walter Ahar


Editorijal

Trasport tal-massa


Il Punt
Ix-Xandir Nazzjonali fejn sejjer?
Gejtu Vella

TONI ABELA
Sahra bla taxxa: taqbel mal-prinċipju?


Emmanuel Micallef
Rikatt minn min?


Carmelo Mifsud Bonnici

Kreditu politiku



X'kien Jgħid
Santo Mugliett



Wenzu Mintoff

Id-dritt għall-ħajja


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075