Aħbarijiet | 02 ta’ Diċembru 2007 Nr 57
Ir-raġuni għalfejn id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni rranġa t-transfers
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jammetti ma’ din il-gazzetta li parti minn transfers li kienu kkoreġuti fl-aħħar jiem saru għaliex id-Dipartiment induna li ħa żball.
Il-każ idur mad-diżgwid bejn l-Union ta’ l-għalliema l-MUT, u d-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni wara li dan ta’ l-aħħar ta numru ta’ transfers deskritti mill-MUT bħala “mhux ġusti għaliex jiksru r-regolamenti ta’ l-anzjanità fl-għotii tat-transfers.”
Ġimgħatejn Illum kixfet kif wara li din il-gazzetta ħarġet l-istorja l-awtoritajiet ikkoreġew numru ta’ transfers.
Mistoqsi speċifikament jekk dan ifissirx li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ħa żball fit-transfers, il-Ministeru ammetta li dan kien il-każ fi transfer partikolari.
Skond il-Ministeru t-transfers huma separati. “Kien hemm bżonn ta' teacher tal-Computer Studies ġo skola u teacher ieħor ta' l-Information Technology (IT) ġo skola oħra (dawn huma żewġ suġġetti differenti). Fil-każ tal-Computer Studies u allura fejn kienet involuta Ms Mangion il-Ministreru diġà ħareġ stqarrija fejn spjega l-fatti u li f'dan il-każ titħaddem is-sistema tal-last in first out.”
Il-Ministeru kompla li għalhekk fil-każ tal-għalliem tal-IT riedet ukoll tintuża l-istess sistema. Kien hemm żewġ għalliema li ntbagħtu flimkien fiċ-Ċentru ta' l-IT. “Għalhekk peress li daħlu flimkien id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni rat min ġie qabel min waqt l-interview biex b'hekk jiġi determinat min kien daħal l-aħħar f'dan iċ-ċentru,” kompla l-Ministeru.
“Billi nstab li t-transfer ingħata lil persuna li ġiet qabel persuna oħra, dan it-transfer kien mibdul biex bħal fil-każ tal-Computer Studies tintuża s-sistema ta' last in first out.”
|
|
Sabrina Agius tintervista l-barklor, Walter Ahar
Editorijal
Il Punt
Gejtu Vella
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|