Pjazzetta| 02 ta’ Diċembru 2007 Nr 57
Winter Moods kienu l-akbar rebbieħa fil-Malta Music Awards li saru lejn l-aħħar ta’ Novembru. Huma ħadu l-unuri għall-Aqwa Grupp, l-Aqwa Diska b’Marigold u għall-Aqwa Vodafone Ring Tone. Ivan Grech ħa l-premju wkoll għall-Aqwa Awtur tad-Diski.
Il-grupp Chasing Pandora u l-kantanta Ira Losco wkoll marru tajjeb din is-sena bi tliet unuri kull wieħed. Chasing Pandora ħadu l-unuri għall-aqwa qoxra tas-CD, website u stampa ta’ l-artist filwaqt li Ira Losco ħadet l-unuri għall-aħjar kantanta, l-aħjar album u l-MTA Presentation of Best Local Export.
George Curmi ħa unur għal-Lifetime Achievment u Joseph Calleja ngħata l-unur għall-International Achievement. Toby rebaħ għall-aħjar mużika Dance, Tribali għall-aqwa grupp ġdid u Sixth Sinfoni għall-aqwa artist Hip Hop/ R’n’B. L-Aħjar Kantant intrebaħ minn Ivan Filletti u Pretty ta’ Scream Daisy ħadet l-aħjar vidjo.
Ivan Grech qal, “Hu unur kbir għalina li qed nirċievu dawn l-unuri għax-xogħol tagħna. Nixtiequ nirringrazzjaw lil organizzaturi, lill-isponsors tagħna, il-krù tagħna u lill-fans li dejjem kienu hemm għalina.”
Meta rċieva wieħed mill-unuri l-kantant għaraf ukoll rebbieħa oħra lokali li dan l-aħħar onoraw lill-poplu Malti fosthom it-timijiet tal-futbol, it-tim tar-rugby u l-atleti ta’ l-iSpecial Olympics.
Din hi r-raba’ darba li Winter Moods rebħu l-unur għall-aqwa Grupp fil-Malta Music Awards. L-istess unur kienu rċevewh fl-1997, fl-2001 u fl-2003.
Winter Moods se jagħtu kunċert speċjali lejlet il-Milied fl-iSKY club.
|
|
Sabrina Agius tintervista l-barklor, Walter Ahar
Editorijal
Il Punt
Gejtu Vella
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|