MediaToday

Aħbarijiet | 02 ta’ Diċembru 2007 Nr 57

Taħsbek li qiegħed f’pajjiż fi gwerra

Minn John Bonello,
Buġibba
Kważi tmur fejn tmur f’Buġibba ssib ruħek f’toroq fejn l-art hija mimlija ħofor kbar, bini nofsu mwaqqa’ u trab u ġebel kullimkien. Kulma jkun jonqos biex taħseb li qiegħed f’xi pajjiż f’nofs ta’ gwerra huma l-ħsejjes tal-bombi jisplodu qrib tiegħek.
Dawn it-toroq jistgħu jkunu ideali għal xi sett ta’ xi film tal-gwerra. Hija ħasra li Steven Spielberg, meta kien Buġibba jiġbed il-film tiegħu ‘Munich’, ma kellux f’moħħu li jiġbed film tal-gwerra aktar tard għax bis-saħħa ta’ hekk konna ndaħħlu kemxa flus lill-Kaxxa ta’ Malta billi kien juża lill-post qisu kien Berlin meta t-truppi Russi kienu deħlin fil-belt wara l-mewt ta’ Hitler.
Imbagħad tħares ‘il fuq u tara ruxxmata krejnijiet jibnu l-appartamenti ’l hemm u ’l hawn. Dehra ta’ mostri tal-metall li jirrenjaw fil-għoli, bin-nies jimxu taħthom.
Tgħid għad jasal dak iż-żmien meta Buġibba tistrieħ għal kollox minn dawn id-dehriet? Jew se jibqgħu jkissru u jibnu għal dejjem?
Il-ħasra hi li waqt dan kollu niltaqgħu ma’ turisti li jkunu ġew Malta għall-mistrieħ u għall-kwiet f’ambjent li jiġbidhom. Ma naħsibx li meta jmorru lura f’arthom ikollhom wisq affarijiet sbieħ x’jirrakkuntaw fejn jidħlu dawn iż-żewġ kwalitajiet ta’ attrazzjonijiet turistiċi.
U ta’ min jerġa’ jfakkar lis-Sindku li l-Bus Stop ta’ ħdejn l-HSBC għadu nieqes u ilu hekk mill-inqas tliet xhur. Anki ritratt dwar hekk kien deher f’dan il-ġurnal.
Dik effiċjenza! Imma jien naħseb li l-istage ma twaħħalx mill-ġdid għax tal-Kunsill ħadd minnhom ma juża t-trasport pubbliku tal-linja u għalhekk lanqas jafu b’dan in-nuqqas! Imma żgur li jafu jafu jaqraw sew!

Intervista
“Nixtieq nindifen fid-dgħajsa”

Sabrina Agius tintervista l-barklor, Walter Ahar


Editorijal

Trasport tal-massa


Il Punt
Ix-Xandir Nazzjonali fejn sejjer?
Gejtu Vella

TONI ABELA
Sahra bla taxxa: taqbel mal-prinċipju?


Emmanuel Micallef
Rikatt minn min?


Carmelo Mifsud Bonnici

Kreditu politiku



X'kien Jgħid
Santo Mugliett



Wenzu Mintoff

Id-dritt għall-ħajja


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075