Ittri| 02 ta’ Diċembru 2007 Nr 57
Minn Alex Saliba,
Tarxien
Tul dawn l-aħħar ġimgħat wieħed seta’ jara kemm il-magna tal-Partit Nazzjonalista nefħet bżieżaq fl-arja li mbagħad, waħda wara l-oħra reġgħu nfaqaw f’wiċċhom.
Waħda minn dawn il-gidbiet ħoxnin kienet li l-Partit Laburista ma żammx mal-wegħda tiegħu li jagħti kontribut għall-Kampanja Nazzjonali Tree4U.
Din kienet gidba sfaċċata oħra minn dawk li jafu jgħidu tal-PN u dan ħareġ fil-beraħ meta Alfred Sant wera l-irċevuti li l-Partit Laburista kien irċieva tad-donazzjonijiet li kien ta.
Gidba oħra kienet dwar dak li irrappurtat il-gazzetta The Sunday Times li Lawrence Gonzi kien irċieva xi emails mingħand xi membri parlamentari Laburisti jifirħulu tal-baġit tajjeb u pożittiv.
Għal darb’oħra din il-gidba nfaqgħet f’wiċċ in-Nazzjonalisti meta ħarġet stqarrija u dikjarazzjoni iffirmata mill-membri parlamentari Laburisti kollha li ma kienu bagħtu l-ebda email ta’ dan it-tip lil Gonzi.
Iżda dan l-aħħar il-media Nazzjonalista qed tidelleta mhux ħażin bl-emails u dawn l-aħħar ġimgħat stajna nisimgħu l-istorja li damet titkaxkar u tiġġebbed dwar ċirku ta’ żgħażagħ li skond in-Nazzjonalisti qed jimmanipulaw l-opinjoni pubblika.
Din kienet bużżieqa oħra li nfaqgħet f’wiċċ in-Nazzjonalisti għax din l-istorja tista’ tgħid li anki lill-eħrex partitarji Nazzjonalisti dejqet aħseb u ara lill-floating voter, li stejjer bħal dawn ibegħduhom mill-politika mhux ftit.
Però tal-PN baqgħu jiftħu l-kanuni fuq dawn iż-żgħażagħ, jien wieħed minnhom, biex jippruvaw jimlew il-faċċati tal-gazzetti u l-aħbarijiet tagħhom b’xi ħaġa li għalihom deheret interessanti u eċitanti.
Ninsab ċert li l-poplu Malti dawn il-gimiks dejquh u dera jismagħhom u jarahom u għalhekk qed ikunu bla ebda siwi. Donnhom in-Nazzjonalisti ma tantx jitgħalmu mill-iżbalji tagħhom u ma’ kull falza stikka li jieħdu jkunu jridu jsibu falza stikka oħra biex jaqgħu u jinstabtu fiha wkoll.
|
|
Sabrina Agius tintervista l-barklor, Walter Ahar
Editorijal
Il Punt
Gejtu Vella
TONI ABELA

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|