MediaToday

Aħbarijiet | 11 ta’ Novembru 2007 • Nr 54

Il-eks Kap ta’ One News mogħti parir jirriżenja

Etienne St John, l-eks Kap ta’ One News magħruf ukoll għas-sehem tiegħu fis-soap opera Ipokriti ftit tas-snin ilu, ingħata l-parir li jirriżenja minn One Productions wara li nstabu numru ta’ irregolaritajiet fl-attivitajiet finanzjarji tal-kumpanija.
Sorsi qrib il-Partit Laburista u viċin ħafna t-tmexxija ta’ One Productions ikkonfermaw ma’ Illum li St John twaqqaf b’effett immedjat mill-analiżi tal-gazzetti fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista u bħalissa qed jattendi x-xogħol biex jagħti handover lill-ħaddiema.
Jidher li l-kumpanija mhux se tieħu passi legali fil-konfront ta’ l-impjegat. Il-każ jittratta dwar numru ta’ ċekkijiet li nħarġu favur ħaddiem partikolari, li hu ħabib intimu ta’ St John, ta’ xogħol li qatt ma ħadem.
St John li kien jokkupa l-kariga ta’ Kap tar-Riżorsi Umani kull filgħodu kien jippreżenta l-analiżi tal-gazzetti fuq One Radio bl-istil ċajtier tiegħu waqt il-breakfast show ta’ Joe Tanti.
Intant One Productions kompliet titlef mir-riżorsi umani tagħha b’żewġ riżenji oħra li m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ ta’ St John.
Ftit ilu One Productions irċeviet ir-riżenja ta’ wieħed mill-aħjar tekniċi fil-kumpanija. Fl-istess perjodu tefgħet ir-riżenja wkoll waħda mill-ewwel ħaddiema fl-istazzjon. Din il-ħaddiema, li ilha ma’ One Productions għal dawn l-aħħar 16-il sena, kienet tieħu ħsieb bookings ta’ reklamar u xogħol ieħor.
Din hi l-aħħar mewġa ta’ riżenji f’din il-kumpanija. Tul dawn l-aħħar tliet snin, bejn full-timers u part-timers, diġà rriżenjaw aktar minn 21 persuna. Ir-raġuni ewlenija hi t-tnaqqis fil-pagi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema bir-riforma li kienet saret ftit ilu immirata biex iġġib il-kumpanija fuq sisien finanzjarji sodi.

Intervista

Li hu tajjeb għan-negozju, tajjeb għal Malta
Kurt Sansone jintervista lil Josie Muscat


Editorijal

It-Tarzna: tmiem jew bidu ġdid


Il Punt
Pajjiż li jaqra, pajjiż b'saħħtu
Sergio Grech

TONI u PEPPI
Taqbel ma' għomor il-ħabs?


Emmanuel Micallef
Il-qasma: tolleranza zero


Carmelo Mifsud Bonnici

Quintus Fabius jew Titus Flavius



X'kien Jgħid
Żelqa fin-niexef



Wenzu Mintoff

Il-kbir għadu ġej


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075