Il-eks Kap ta' One News mogħti parir jirriżenja Etienne St John, l-eks Kap ta' One News magħruf ukoll għas-sehem tiegħu fis-soap opera Ipokriti ftit tas-snin ilu, ingħata l-parir li jirriżenja minn One Productions wara li nstabu numru ta' irregolaritajiet fl-attivitajiet finanzjarji tal-kumpanija.
Gonzi jiddefendi lil Louis Galea L-MUT tinsisti li kien hemm ksur tal-proċedura
Julia Farrugia Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jiddefendi lill-Ministru Louis Galea li din il-ġimgħa fi stqarrija ġġustifika mossa li biha kien irtirat transfer tal-kuġina tal-Ministru u li minflokha ġie trasferit ħaddiem ieħor li għandu ferm aktar anzjanità fil-mistier minnha.
Borża rħas għal San Martin Sabrina Agius
Ġewż, lewż, qastan, tin... kif intlaqtet il-borża ta' San Martin mill-għoli tal-ħajja?
Forsi għat-tfal li għadhom jiċċelebraw it-tradizzjoni ta' San Martin fil-Baħrija qajla jinteressahom x'impatt għandu l-għoli tal-ħajja fuq il-borża li dalgħodu se jsibu mimlija maġenb is-sodda tagħhom.
Kuntatt kontinwu ma' l-idoli ta' ħafna Kulmin hu dilettant tal-futbol Taljan jafha sew. Il-wiċċ hu familjari mal-programmi tal-Ħadd filgħaxija fuq l-istazzjon Taljan Italia 1. Ilha għal dawn l-aħħar snin tagħmel parti mit-tim ta' Sandro Piccinini fil-programm Controcampo u f'dawn l-aħħar sentejn qed taħdem ukoll ma' Alberto Brandi fit-trasmissjoni ta' filgħaxija.