MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Għada Javier Solana f’laqgħa ma’ deputati Maltin

Għada t-Tnejn, Javier Solana, il-Kap tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà ta’ l-Unjoni Ewropea, se jingħaqad f’video conference diretta ma’ numru ta’ membri ta’ Parlamentari Maltin. Il-laqgħa se ssir bejn l-3.45pm u 4.45pm.
“Meta sitt xhur ilu tlabt lil Javier Solana jiġi Malta qalli iva mill-ewwel. Imma minħabba l-impenji kontinwi ta’ safar, fosthom fl-Iran, kien deċiż li l-laqgħa ssir permezz ta’ video conference,” qal Jason Azzopardi, Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin.
Fuqnett ta’ l-aġenda għal din il-laqgħa se jkun hemm il-kunflitt fil-Lvant Nofsani. L-indikazzjonijiet huma li tlett kwarti ta’ l-interventi li se jsiru mid-deputati Maltin se jkun fuq dan is-suġġett.
Waqt il-laqgħa mistenni jkun hemm interventi dwar temi li jolqtu direttament lil Malta fosthom b’rabta ma’ l-immigrazzjoni irregolari u l-Frontex. Dan fid-dawl tas-Summit ta’ l-Afrika li mistenni jsir xahrejn oħra.
L-interventi mistennija jsiru mill-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin li hu ffurmat mill-Ministru Michael Frendo u d-deputati Jason Azzopardi, Michael Axiaq, Mario Demarco, Clyde Puli, Leo Brincat, Ġorġ Vella, Evarist Bartolo u Josè Herrera.
Għal din il-video conference ikkonfermaw l-attendenza tagħhom bħala osservaturi 10 ambaxxaturi residenti f’Malta kif ukoll l-Ambaxxatur tan-Naħa ta’ Fuq ta’ l-Afrika. Ikkonfermaw li se jattendu wkoll rappreżentant mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u ħames akkademiċi fosthom professuri u lecturers
fl-Università ta’ Malta.

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075