MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Meta jaqa’ ċ-ċpar

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Iċ-ċpar qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin bejn il-Ġimgħa u lbieraħ għandu jbatti tul in-nofs ta’ nhar ta’ dalgħodu.
Skond Mario Abdilla mill-Uffiċċju Meteoroloġiku l-fenomenu ta’ “sħab ma’ l-art” seħħ għax f’dawn l-aħħar jumejn għaddiet fuq Malta arja sħuna mill-Afrika u sabet kundizzjonijiet tajba biex toħloq ċpar ma jaqta’ xejn.
“L-arja sħuna resqet minn fuq il-baħar lejn Malta u peress li sabet riħ ħafif, arja umduża u l-art kiesħa kienet faċli biex jifforma ċ-ċpar,” spjega Abdilla.
Hu qal li dawn il-jumejn ta’ ċpar ma kinux normali minħabba li l-viżibbiltà baqgħet ħażina wara l-ewwel lejl.
Kawża taċ-ċpar, għalkemm l-ajruport qatt ma ngħalaq, kien hemm ukoll xi dewmien f’uħud mit-titjiriet minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-viżibbiltà bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Dan sostnietu kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Uħud mil-linji ta’ l-ajru, fosthom l-AirMalta, kellhom jieqfu Katanja u Palermo filwaqt li r-Ryan Air ħassar xi titjiriet u żied waħda s-Sibt.

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075