MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Il-partiti politiċi se jintalbu jieħdu pożizzjoni fuq drittijiet għall-omosesswali

Julia Farrugia
Petizzjoni li nħolqot ġimgħa ilu favur l-ugwaljanza għall-persuni lesbiċi, gay, bisesswali u transgender f’Malta diġà kisbet l-appoġġ ta’ aktar minn 626-il persuna.
Il-moħħ wara din il-petizzjoni hu l-Malta Gay Rights Movement. Il-petizzjoni qed titlob li fid-dawl ta’ elezzjoni ġenerali fil-pajjiż il-partiti kollha li se jikkontestaw l-elezzjoni għandhom jindirizzaw temi importanti favur l-ugwaljanza ta’ sessi differenti.
Il-Moviment qed jitlob ħames affarijiet: fost dawn li jkunu formalment rikonoxxuti d-drittijiet ta’ koppji ta’ l-istess sess.

il-Kodiċi Kriminali jkun inkluż artiklu dwar il-vjolenza omofobika u transfobika. Enfasi oħra hi biex tinħoloq strateġija ċara li tindirizza l-bullying fl-iskejjel minħabba s-sesswalità tagħhom.
Il-petizzjoni tinsisti li fost is-servizzi tas-saħħa primarja f’pajjiżna għandu jkun hemm ukoll it-terapija ta’ l-ormoni kif ukoll l-operazzjonijiet biex wieħed ibiddel is-sess tiegħu.
Il-petizzjoni bdiet tiċċirkola l-ġimgħa li għaddiet waqt l-attività “Reclaim the World” fil-Belt Valletta. Dakinhar kien hemm 180 persuna li ffirmaw id-dikjarazzjoni. Magħhom kien hemm ’il fuq minn 446 persuna oħra li ffirmaw il-petizzjoni minn fuq is-sit elettroniku tal-Malta Gay Rights Movement.
Colette Farrugia Bennett, voluntiera mal-Movument, sostniet ma’ Illum li “l-ammonti kbar ta’ nies li qed jiffirmaw il-petizzjoni hi turija tanġibbli ta’ l-appoġġ li qed joffru l-Maltin. Kuntenti ħafna bil-konkorrenza li kellna s’issa.”

 

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075