MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Il-Fondazzjoni Equal Partners

Għaliex il-Gvern qed jirrifjuta li jgħin familji ta’ persuni b’diżabbiltà?

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Anabel Mifsud, Manager Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Equal Partners, tistaqsi kif il-Gvern għal aktar minn darba irrifjuta li joffri wens lill-familji ta’ persuni b’diżabbiltà.
F’kummenti lil Illum Mifsud tispjega li bħalissa l-Fondazzjoni qed toffri għajnuna lil 180 familja, figura li għoliet b’60 fil-mija f’dawn l-aħħar tliet snin.
Anabel Mifsud tgħid li l-Equal Partners talbet kemm-il darba l-għajnuna finanzjarja ta’ l-Awtoritajiet. Madankollu sa llum ħadd ma taha widen.
“L-Equal Partners twaqqfet fl-1999 u għal dawn l-aħħar tmien snin il-Fondazzjoni appellat lill-Gvern biex jirrevedi s-sistema ta’ kif jalloka l-fondi f’dan il-qasam. Sa llum l-Equal Partners hi waħda mill-organizzazzjonijiet li għadha mhix qed tgawdi minn fondi ta’ l-istat,” tispjega Mifsud.
“Il-flus dejjem qed jingħataw lil ftit għaqdiet non-governattivi – hu status quo li għal snin sħaħ qatt ma kien mittiefes,” tinsisti l-Manager Eżekuttiv ta’ l-Equal Partners.
“Onestament nittama li ma spiċċajniex f’sitwazzjoni li “komdi ma jinteressaniex” u li mhux qed nagħlqu għajnejna għal din is-sitwazzjoni inġusta,” qalet Anabel Mifsud.
“Temmu din id-diskriminazzjoni u agħtu l-appoġġ lil Equal Partners,” tenniet Mifsud.
L-Equal Partners toffri s-servizzi tagħha grazzi għal donazzjonijiet, attivitajiet li torganizza kif ukoll il-5,000 siegħa b’xejn ta’ volontarjat li tirċievi kull sena mill-professjonisti li jaħdmu magħha.
“Kull sena l-Fondazzjoni tagħti sponsor ta’ 20 fil-mija tal-programmi li jirċievu l-partners tagħna. F’dawn l-aħħar tmien snin il-Fondazzjoni qassmet madwar Lm55,000 f’servizzi b’xejn lill-membri tagħha,” tgħid Annabel Mifsud.
Din il-gazzetta għandha kopja tat-talbiet kollha li għamlet l-Equal Partners fosthom lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech, lill-Ministru Louis Galea, lill-Ministru Dolores Cristina, lill-Kummissarju tat-tfal Sonia Camilleri u lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabbiltà.

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075