MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

L-Irlandiżi jwaqqgħu l-każ kontra iben Muscat

Kurt Sansone
Il-pulizija Irlandiża ddeċidiet li twaqqa’ l-każ kontra iben l-eks ambaxxtur Malti Richard Muscat wara li ma sabitx biżżejjed provi fil-konfront tiegħu.
Wara li ra l-file tal-każ, il-Prosekutur Pubbliku ddeċieda li m’għandhomx jittieħdu passi kontra Massimo Muscat.
Fi stqarrija tard ilbieraħ filgħaxija, l-eks ambaxxatur qal li l-familja tiegħu tinsab kuntenta u “meħlusin” bid-deċiżjoni li ħa d-Direttur tal-Prosekuzzjoni Pubblika.
Id-deċiżjoni tal-Prosekutur Pubbliku ntbagħtet lis-Supretendent tal-Pulizija ta’ Donnybrook, Dublin.
“Din id-deċiżjoni ħelset lill-ibni minn kull żball u għalqet b’mod pożittiv xhur ta’ nkwiet u pressjoni qawwija fuq ibni, fuqi personalment u fuq il-familja. Ninsabu sodisfatti li din l-esperjenza nġusta u sfortunata issa ġiet iċċarata,” sostna Muscat.
Studenta Irlandiża kienet allegat li iben Muscat kien attakkaha sesswalment tard is-sena li għaddiet. Il-każ inkixef fil-pubbliku minn gazzetta Irlandiża wara li t-tfajla ddeċidiet li titkellem għax il-pulizija baqgħu ma ħadux passi fuq l-akkużi tagħha.
L-attenzjoni li ngħatat mill-media Irlandiża u dik Maltija dwar il-każ wasslet biex Muscat joffri r-riżenja tiegħu minn ambaxxatur liema riżenja kienet aċċettata mill-Gvern Malti.
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Michael Frendo kien stqarr li l-ewwel darba li sema’ bil-każ kien meta ħareġ fil-media, xhur wara li l-pulizija Irlandiża rċeviet ir-rapport ta’ l-istudenta.

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075