MediaToday

Aħbarijiet | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Pressjoni biex issir f’Diċembru

Kurt Sansone
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu pressjoni minn uħud fil-Partit Nazzjonalista biex isejjaħ l-elezzjoni qabel tmiem is-sena biex il-partit ikun jista’ jirkeb fuq l-effett pożittiv tal-baġit u fl-istess ħin jevita l-problemi marbuta mad-dħul ta’ l-ewro f’Jannar.
Minkejja dan jidher li Gonzi mhux probabbli li jċedi għal din il-pressjoni u indikazzjoni ta’ dan taha fil-Parlament din il-ġimgħa meta sostna li l-amministrazzjoni tiegħu għad fadlilha xi xhur oħra.
Hu sigriet magħruf li Gonzi għandu x-xewqa li jitniżżel fl-istorja bħala l-Prim Ministru li daħħal lil Malta fiż-żona ewro wara erba’ snin ta’ ħidma iebsa.
Id-diskussjoni dwar il-baġit fil-Parlament mistennija tingħalaq fit-2 ta’ Novembru u dan jippermetti lill-Prim Ministru biex isejjaħ l-elezzjoni għat-8 ta’ Diċembru.
L-aħħar darba li l-elezzjoni saret f’Diċembru kien fl-1981 meta Mintoff sejjaħha għal lejlet ir-Repubblika fit-12 tax-xahar.
Għalkemm Gonzi mhux obbligat li bilfors irid jagħlaq id-diskussjoni dwar il-baġit qabel ma jsejjaħ elezzjoni, qajla jagħmel sens għalih li ma jistenniex l-aħħar vot fuq baġit li se jħalli iktar flus fil-bwiet tan-nies.

 

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075