MediaToday

Ittri| 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Soċjaliżmu ta’ x’jimpurtani

Minn Edward Torpiano,
Floriana

Nagħmel riferenza għall-intervista li għamel Kurt Sansone lil Charles Mangion tal-Ħadd li għadda fejn id-deputat mexxej tal-MLP kien ikkwotat li qal: “Għalina l-ekonomija hija importanti u se naħdmu biex tikber għax b’hekk biss inkunu nistgħu niżguraw li l-ġid jilħaq lil kulħadd. Madankollu, aħna differenti mill-Partit Nazzjonalista għax jimpurtana min-nies. Niltaqgħu man-nies, nitkellmu magħhom u nifhmu l-uġiġħ u l-aspirazzjonijiet tagħhom…”.
Irrid infakkar li meta minħabba t-tbagħbis maħsub minn qabel fid-distretti elettorali fl-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru, 1981 ħareġ ir-riżultat uffiċjal dakinhar il-klikka ta’ pappagalli Soċjalisti, fosthom Anton Cassar u Remiġ Sacco, sostniet li l-voti tal-kostitwenti fuq skala nazzjonali kienu legalment bla valur għax skond il-Partit Laburista dak li kien tassew importanti biex partit politiku jiggverna kienu biss is-siġġijiet parlamentari u mhux il-maġġoranza ta’ voti validi.
Dakinhar, allura, dejjem skond l-istess argument ta’ Charles Mangion, il-Partit Laburista ma kienx jagħti kas tal-fehma tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi meta baqa’ jaħkem sad-9 ta’ Mejju, 1987 b’minoranza ta’ voti validi?

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075