Ittri | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52
Minn Valerie Borg,
Valletta
Meta Alfred Sant issuġġerixxa li l-Lira Maltija tkun żvalutata biex insiru aktar kompetittivi, tgħidx x’ma qalux tal-PN.
Dan l-aħħar John Dalli kiteb dwar l-ewro u l-impatt tagħha u fi ftit kliem qal li l-ewro għandu valur għoli għalina u l-Gvern ma ħax l-okkażżjoni biex meta kienet iffissata r-rata tal-Lira ma’ l-ewro tkun f’livelli inqas qawwija biex fil-konfront ta’ ħafna pajjiżi Ewropej u oħrajn insiru aktar kompetittivi.
Madankollu, skond l-atteġġament tal-Gvern fuq din il-materja jirriżulta li kemm Sant kif ukoll Dalli mhux ta’ min jagħti kashom!
Kemm kienu jfaħħruh lil Dalli wara kull baġit li kien ifassal. Kien il-ġenju tal-mument li bil-bakketta maġika li kellu kien meqjus bħala l-moħħ tal-partit.
Kemm jinbidlu iż-żminijiet! Illum warbuh u sa kellu jirriżenja. Ta’ l-anqas issa Sant għandu l-konsolazzjoni li mhux hu biss waħdu ma jifhimx iżda anki l-istilla tiddi tagħhom ittapnet u ddalmet.
X’tistenna aħjar mill-Partit Nazzjonalista. Dawn qatt ma jinbidlu. Kienu u għadhom il-partit tas-sangisugi.
|
|
Editorijal
Il Punt
Josie Muscat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|