Ittri | 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52
Minn Malcolm Schembri,
Ħaż-Żabbar
Riċentament kelli inċident fejn ksirt sieqi u ġejt operat fl-isptar San Luqa. Xtaqt nirringrazzja lil kulmin ġie jarani, ċempilli u tani l-appoġġ tiegħu f’dan il-mument.
Grazzi speċjali xtaqt ngħaddiha lil kulmin tani l-għajnuna tiegħu meta waqajt fix-xita. Kien hemm min ċempel l-ambulanza u oħrajn tawni l-għajnuna tagħhom kif setgħu. Ringrazzjament ieħor imur lejn it-tobba li kkurawni u lill-infermiera li daru bija, speċjalment meta kont fis-sala ta’ l-Ortopedija.
Ma tistax ma tfaħħarx is-servizz offrut fl-isptar San Luqa. Kien wieħed eċċellenti fejn minkejja l-pressjoni tax-xogħol li jkollhom it-tobba u l-infermiera tapprezza l-ħidma, il-paċenzja, id-dedikazzjoni u l-kura li jagħtu lill-pazjent.
|
|
Editorijal
Il Punt
Josie Muscat
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|