MediaToday

Ittri| 28 ta’ Ottubru 2007 • Nr 52

Il-Mepa, iċ-ċittadin u l-imħallef

Minn Joseph Muscat,
Mosta

Qrajt l-artiklu dwar il-każ ta’ l-Imħallef Galea Debono u oħrajn fuq il-MEPA u li skond xhieda li ngħatat l-Imħallef xebbah il-MEPA ma’ qorti tal-kangaroo.
Jien u ħafna oħrajn kellna d-diżgrazzja li kellna x’naqsmu ma’ din l-aġenzija kbira li l-Gvern għoġbu jħalliha mingħajr l-ebda kontroll. Saret tixbah Gvern fiha nfisha.
Meta twaqqfet il-Mepa kienet bżonjuża, speċjalment wara d-diżastru li twettaq minn min kellu x’jaqsam ma’ dawn l-affarijiet fis-Sebgħinijiet u t-Tmeninijiet.
Issa din l-aġenzija kibret tant li d-diżastru ta’ llum laħaq dak il-livell ta’ qabel u anki għaddieh. Dwar il-korruzzjoni ma nistax ngħid li hemm imma jekk ikollok x’taqsam mal-Mepa bilfors tibda taħseb li teżisti bil-kbir anki jekk fost grupp żgħir ta’ nies.
Jien u tant oħrajn li kellhom problema ma’ din l-aġenzija weħilna spejjeż kbar apparti l-qtugħ ta’ qalb li ma tafx fejn qiegħed.
Problemi li setgħu ġew evitati kieku din l-aġenzija kien jimpurtaha minn terzi persuni u mhux tgħidilhom biex jidħlu l-Qorti biex jieħdu d-drittijiet tagħhom.
Il-problemi tiegħi huma different min dawk ta’ l-Imħallef. Maġenbi kien hemm villa u waqqgħuha biex jinbnew appartamenti u garaxxijiet.
Dan il-kuntrattur kissirni bil-ħsara li għamilli u għalkemm qatt ma qal li mhux responsabbli għadna ma wasalniex biex jagħmel it-tiswijiet.
Mill-bidunett meta bdiet tinkixef il-ħsara mort mitt darba l-MEPA biex ngħidilhom.
Ktibt liċ-Chairman xi tliet darbiet u lil xi diretturi tal-MEPA u dawn kollha bagħtuli biċċa karta ifakkruni li għandi d-drittijiet tiegħi. Grazzi lill-Mepa!
Ktibt lill-Prim Ministru u lill-Ministru responsabbli darbtejn. Dawn it-tnejn qaluli li ħadu nota. Grazzi wkoll Onorevoli!
U l-kuntrattur baqa’ għaddej. Mhux talli hekk, imma dan il-bniedem għamel tliet twieqi jħarsu fil-proprjetà tiegħi u waħda minnhom tħares lejn il-kmamar tad-dar tiegħi. Għal darb’oħra għidt lill-enforcement officer li taħdem fuq il-Mosta, imma meta ġibt tliet periti ta’ l-affarijiet tagħhom u dawn qalu li dik it-tieqa hi kontra l-Liġi din l-enforcement officer qalet li kollox sew hemm.
Sinjura minn Tas-Sliema twaqqfet mix-xogħol għax għamlet tieqa żgħira fil-faċċata fuq il-gallerija u skond iċ-Chairman dan ma setgħetx tagħmlu minħabba kwistjoni ta’ privatezza. L-istess Chairman madankollu ma qalli xejn u injorani meta infurmajtu fuq il-ftuħ tat-tieqa li minħabba fiha jien u l-familja tlifna l-privatezza kollha.
Meta tkunu tafu dan kollu x’taħsbu fuq il-Mepa?
Kultant allaħares ma tkunx xi ħaġa li tmiss lil ċerti nies. Jien ġejt injorat anki mill-media. Ktibt ittri fil-gazzetti kollha, jew kważi kollha, u ħadd minn dawn ma ippubblika xejn. Mhux għax nixtieq deni lil xi ħadd imma tajjeb li l-problema laqtet lil ċerti nies ukoll għax forsi b’hekk biss dawn l-affarijiet jinqerdu u l-awtorità eżekuttiva tieħu ħsieb liċ-ċittadini tagħha.

Intervista

Pakkett prudenti, mhux ġeneruż
Kurt Sansone intervista lis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech


Editorijal

Sahra bla taxxa


Il Punt
Baġit nieqes mill-viżjoni
Josie Muscat

TONI u PEPPI
L-Awtorità tax-Xandir: x'post f'soċjetà pluralista?


Emmanuel Micallef
Fiż-żarbun tal-prim attur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Baġit mhux programm elettorali



X'kien Jgħid
Wara l-ewforija ta' l-estimi



Wenzu Mintoff

Zimbabwe

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075