Pressjoni biex issir f'Diċembru Kurt Sansone
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu pressjoni minn uħud fil-Partit Nazzjonalista biex isejjaħ l-elezzjoni qabel tmiem is-sena biex il-partit ikun jista' jirkeb fuq l-effett pożittiv tal-baġit u fl-istess ħin jevita l-problemi marbuta mad-dħul ta' l-ewro f'Jannar.
Lm3 u nberiklek iż-żiemel Julia Farrugia Il-ħbieb tal-kandidat Nazzjonalista Philip Mifsud daħħluh f'bawxata mal-Kurja wara li organizzawlu attività ta' tberik ta' l-annimali bi ħlas.
Tedesco: Il-patrun tal-futbol Malti Uffiċjalment hu l-patrun tal-Ħamrun Spartans. Jien u ħafna oħrajn inqisuh il-patrun tal-futbol Malti. U bir-raġun! Illum il-ġurnata hu persuna rtirata u mimli bl-għomor. Għandu 92 sena imma l-ħaġa impressjonanti tibqa' l-memorja ta'iljunfant li għandu li jġibek f'dubju jekk dak li jkun qed jgħidlek seħħx ilbieraħ jew le.